Jiena Nahfirlek

Illum fis-Seminarju tal-Arcisqof bejn id-9:00 p.m. u l-11:00 p.m. se jsir servizz penitenzjali miftuħ għal kulħadd, immirat partikolarment għaż-żgħażagħ li fih se jkun hemm il-possibiltà tal-Qrar minn diversi saċerdoti. Dan is-servizz penitenzjali, bl-isem ta’ ‘Jiena Naħfirlek’, se jinkludi l-kontribut tal-Y4J Band. Wara, jibda pellegrinaġġ fit-toroq tar-Rabat u l-Imdina b’kurċifiss impitter apposta għall-okkażjoni mill-artist u seminarista David Borg, b’innijiet tal-Mixja Neo-Katekumenali. Il-pellegrinaġġ jintemm fil-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral tal-Imdina.