Id-djaknu wkoll huwa ministru. Mhux it-tip ta’ ministru li nisimgħu bih is-soltu fuq l-aħbarijiet, imma ministru kemxejn differenti. Ministru li xogħlu mhuwiex li jikkmanda, imma li jaqdi. Jaqdi lin-nies billi jwassal u jkun hu stess is-sinjal tal-ħniena infinita tal-Missier.

Djaknu Rev. James Saydon

Djaknu Rev. James Saydon

Nista’ ngħid li f’dawn l-aħħar sitt xhur, din kienet l-esperjenza tiegħi bħala djaknu b’mod speċjali fil-parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi. Esperjenza fejn, għalkemm qatt ma ltqajt ma’ xi ħadd ferut bħal dak ir-raġel li ltaqa’ miegħu s-Samaritan it-tajjeb u lanqas għaddejt mill-esperjenza tal-Missier tal-Iben il-Ħali, permezz tax-xandir tal-Kelma t’Alla u l-ħidma pastorali, ta’ kuljum ikolli ċ-ċans nesperjenza l-mod kif Ġesù għadu jdewwi l-feriti ta’ persuni li sfaw imġarrba minn ċirkustanzi iebsin, u juri lill-ulied mitlufa t-triq lura għal għand il-Missier.

Rev. James Saydon
Djaknu

Comments