Is-Sena Seminaristika 2019/2020 bdiet b’irtir ta’ ħamest ijiem dwar il-Beatitudnijiet, immexxi mill-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur George Frendo O.P., Arċisqof ta’ Tirana-Durres.
Fil-formazzjoni qegħdin sbatax-il seminaristi, inkluż tnejn fis-sena intermedjarja u ħames djakni, minn dawn il-parroċċi: Wied il-Għajn (3), ir-Rabat (2), iż-Żejtun (2), Ħ’Attard, il-Ħamrun San Gejtanu, il-Kalkara, il-Mellieħa, Ħaż-Żabbar, Pembroke, Ħal Safi, is-Siġġiewi, tas-Sliema Stella Maris u Ħal Tarxien.