Kif għaddew 7 snin!

Kif għaddew 7 snin!

Filli kont għadni nibda s-Seminarju u filli għaddew kważi 7 snin… f’tebqa’ t’għajn! Ftit tax-xhur ilu ġejna ordnati djakni u fi ftit tax-xhur oħra niġu ordnati saċerdoti, jekk Alla jrid… Ninsab fi żmien ħelu fejn bħala djaknu għadni ngħix is-Seminarju u mmur l-Università għall-istudju, iżda issa wkoll bdejt induq ftit mill-ħajja tal-qassis fil-parroċċa.

Kelli x-xorti ngħammed, inżewweġ, nippriedka, u nagħti l-barka. Esperjenzi qawwija li għallmuni l-umilta’, iżda l-aktar ħaġa li laqtitni kienet kif xi nies bidlu l-mod ta’ kif jitrattaw miegħi. Wara d-djakonat, xi nies li sa lejliet kienu tas-“saħħa w bonġu”, avviċinawni biex jiftħu qlubhom u jferrgħu l-imrar u l-uġiegħ li kienu għaddejjin minnu.

Grazzi Mulej talli għażiltni sabiex naqdik f’ħafna nies għatxana għalik.

Dan l-artiklu ġie ppubblikat għall-ewwel darba fil-fuljett Is-Seminarju (Diċembru 2019).