Bosta qabblu dawn l-aħħar xhur ma’ deżert mhux mistenni fejn kellna aktar opportunità biex nirriflettu, nitħaddtu u nitolbu. F’din il-qagħda forsi ndunajna li għaddejna minn xi ħinijiet meta konna ferħana, mimlijin enerġija, u għamilna dmirijietna bil-ferħ u l-imħabba u li għexna ħinijiet oħra meta esperjenzajna l-kuntrarju: konna mingħajr wisq entużjażmu u kellna t-tentazzjoni li naljenaw rasna basta nkunu b’xi mod “‘il-bogħod” minn dak li kellna nagħmlu. Biex inżommu ruħna sewwa, tajjeb naħsbu dwar xi prattiċi li jistgħu jgħinuna fil-ħajja sħiħa tagħna. Tajjeb li jkollna ritmu ta’ ħajja u saħħa – ukoll jekk flessibbli – għal riġenerazzjoni kontinwa tagħna u bħala gwida li tgħinna ngħixu ħajjitna b’mod ibbilanċjat – b’mod li jkollna ħin naħdmu, nistrieħu, nisimgħu, nitħaddtu, nitolbu, naqraw eċċ. Tajjeb ukoll li nipperseveraw f’dak li għandna nagħmlu wkoll meta ma jkollniex aptit – mingħajr aljenazzjonijiet. U fuq kollox, importanti ngħixu fil-preżenza ta’ Alla b’mod li, f’kollox, ukoll f’iżjed affarijiet insinjifikanti, inħobbu lilu li tant iħobbna. B’hekk inkattru l-ferħ u l-imħabba f’dak kollu li nagħmlu u qalbna tkun iżjed fiż-żgur.

Comments