“Ħarsa intima lejn Ġesù”

Imbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa,…

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew
Mt 4:1-11

F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż”. Iżda Ġesù wieġbu: “Hemm miktub: ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla’”.

Imbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa,…

Il-Knisja hija “l-Ikona tat-Trinità”

Il-Knisja hija “L-Ikona tat-Trinità” (Mons. Bruno Forte). Ikona qatt ma teżisti għaliha nfisha imma dejjem biex isservi lil min qed jilmaħha fiż-żmien biex jintlaħaq minn Alla li jgħix fl-eternità. M’għandhiex dawl tagħha imma tinkiteb biex ixxerred id-dawl ta’ Alla. Fl-ikona ta’ Andrei Rublev li tissejjaħ, fost l-oħrajn, “It-Trinità”, il-persuni jindikaw u jsaħħu lil xulxin; igħixu għal xulxin. M’hemmx ġerarkija bejniethom imma d-differenzi bejn il-persuni jikkonstitwixxu u jagħmlu possibbli l-għana tal-għaqda tagħhom. It-tlieta jgħixu f’perikoresi – għal xulxin….

Nimxu flimkien (II)

Atti 11, 1-18

L-appostli u l-aħwa li kienu fil- Lhudija semgħu li l-pagani wkoll kienu laqgħu l-kelma ta’ Alla. Għalhekk, meta Pietru tala’ Ġerusalemm, dawk li riedu jżommu ċ-ċirkonċiżjoni bdew jeħduha miegħu u jgħidulu: “Inti dħalt għand nies li ma għandhomx iċ-ċirkonċiżjoni u kilt magħhom.” Mbagħad Pietru qabad ifissrilhom kollox ħaġa b’ħaġa u qalilhom: “Jiena kont qiegħed nitlob fil-belt ta’ Ġaffa, xħin kelli dehra f’estasi; rajt xi ħaġa nieżla mis-sema, qisha liżar kbir…

Atti 11, 1-18

L-appostli u l-aħwa li kienu fil- Lhudija semgħu li l-pagani wkoll kienu laqgħu l-kelma ta’ Alla. Għalhekk, meta Pietru tala’ Ġerusalemm, dawk li riedu jżommu ċ-ċirkonċiżjoni bdew jeħduha miegħu u jgħidulu: “Inti dħalt għand nies li ma għandhomx iċ-ċirkonċiżjoni u kilt magħhom.” Mbagħad Pietru qabad ifissrilhom kollox ħaġa b’ħaġa u qalilhom: “Jiena kont qiegħed nitlob fil-belt ta’ Ġaffa, xħin kelli dehra f’estasi; rajt xi ħaġa nieżla mis-sema, qisha liżar kbir…

Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena Ċ

Fl-Isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma ta’ Alla

EVANĠELJU Lq 6:27-38
Qari mill-Evanġelju Mqaddes skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu…

Paternità, tenerezza u doċilità

Ġesù esperjenza l-paternità umana permezz ta’ San Ġużepp. Hu spiss uża l-figura tal-Missier fil-parabboli tiegħu. Żgur li f’moħħu kellu lil San Ġużepp meta tkellem dwar il-missier ħanin fil-parabbola tal-Iben il-Ħali. 

Id-dinja tgħallimna li l-imħabba trid tkun mistħoqqa. Imma Ġesù jitkellem dwar imħabba differenti li hi gratwita u, għalhekk, li ssalva. Din hi mħabba tenera, li tagħraf tagħmel lilha nfisha vulnerabbli u li taħfer lil hinn minn kull kalkolu. Żgur li San Ġużepp kien hekk…

Biex qalbna tkun fiż-żgur

Bosta qabblu dawn l-aħħar xhur ma’ deżert mhux mistenni fejn kellna aktar opportunità biex nirriflettu, nitħaddtu u nitolbu. F’din il-qagħda forsi ndunajna li għaddejna minn xi ħinijiet meta konna ferħana, mimlijin enerġija, u għamilna dmirijietna bil-ferħ u l-imħabba u li għexna ħinijiet oħra meta esperjenzajna l-kuntrarju: konna mingħajr wisq entużjażmu u kellna t-tentazzjoni li naljenaw rasna basta nkunu b’xi mod “‘il-bogħod” minn dak li kellna nagħmlu. Biex inżommu ruħna sewwa, tajjeb naħsbu dwar xi prattiċi li jistgħu…

Għajnuna vera (Ġw 10:1-10)

Fl-Evanġelju ta’ nhar il-Ħadd li ġej hemm żewġ xbihat: ir-ragħaj u l-bieb. Dan il-qari nsibuh bejn żewġ sinjali kbar li għamel Ġesù: il-fejqan tal-għama mit-twelid u l-qawmien ta’ Lazzru, imma hu marbut b’mod partikulari mal-ewwel sinjal. Il-ġrajja sseħħ madwar xagħrejn wara l-fejqan tal-għama, fil-fatt, fit-tempju, dakinhar li l-Lhud jerġgħu jinġabru biex jiċċelebraw il-konsegrazzjoni tat-tempju.

Bħalma naqraw fiż-żewġ episodji l-oħra, Ġesù ma jaġixxix kif jaġixxu l-fariżej. Ġesù hu ragħaj li mhux tas-soltu. Ir-rgħajja normalment jimxu…

Bil-mod il-mod (Ġw 9:1-41)

Fl-Evanġelju tar-Raba’ Ħadd tar-Randan, is-simboli tad-dawl u tal-ilma li kienu prominenti fil-festa tat-Tabernakli jingħaqdu flimkien f’Ġesù: Ġesù hu dak li jagħti l-Ilma Ħaj (7,35-39) u hu d-Dawl tad-dinja (8,12). Hu propju għalhekk li hawnhekk l-ostilità tisbroffa, minħabba t-trasferiment ta’ dawn iż-żewġ simboli għall-persuna ta’ Ġesù. Dan il-miraklu jew, aħjar, s-sinjal hu frott l-inizjattiva ta’ Ġesù li ‘lemaħ’ ir-raġel għama minn twelidu.

Il-mistoqsija ewlenija hi: min hu ħati tad-dnub? Ġesù, li hu d-dawl tad-dinja, jagħti…

Is-Smigħ tal-Kelma (Lq 16:19-31)

Fil-parabbola tal-wikkiel għani u tal-fqajjar Lazzru, m’għandniex l-isem tal-għani imma għandna l-isem tal-fqajjar, u għandna aktar kliem dwar il-fqajjar milli dwar l-għani. Fil-fatt, l-isem ‘Lazzru’ jfisser Alla jgħin, u dan donnu mhux jiġri; nistgħu nifhmu din il-parabbola fid-dawl ta’ Salm 73.

Għalkemm mhux komuni fil-parabboli ta’ Ġesù li Ġesù jagħti isem lill-karattri, Santu Wistin jikteb li l-għani tal-parabbola, kontra l-fqajjar, ma jingħatax isem f’din il-parabbola propju għax m’għandux ismu miktub fil-ktieb tal-ħajja. Il-fqir, iżda, għandu wiċċ quddiem Alla u ismu…

Il-Festa tal-Umilta’

Il-ħarsa tagħna llum, fil-Milied, hi ffissata fuq tarbija ċkejkna, fqira, u fi bżonn ta’ kollox. Aħna u nikkontemplaw il-wiċċ ċkejken ta’ din it-tarbija, nistagħġbu li Alla, infinit, kbir, u ħallieq ta’ kollox li kollox bih sar u mingħajru ma sar xejn, fit-tjubija immensa tiegħu, ħa ġisem u ċċekken b’mod tant inkredibbli. Għammar fostna b’mod li mexa u jibqa’ jimxi magħna fi triqitna! Hu għalhekk li l-monaku tar-raba’ seklu, San Makarju kien igħid li Alla smikryno, ċioé, iċċekken sakemm ma…