Kull filgħodu, kont inħares lejn il-mobile u kont nara 50 jum, l-għada 49 jum, eċċ… Kien countdown għat-18 t’April, il-jum li flimkien ma’ sebgħa oħra konna ser niġu ordnati presbiteri. Sintendi wara tmien snin ta’ formazzjoni tkun imħeġġeġ ħafna għal dan il-jum! Biss, jekk xejn, dan il-perjodu jgħallimna li aħna mhux fil-kontrol taż-żmien. 

Fl-istess waqt, nemmen ukoll illi Alla juża kollox biex iwettaq il-grazzja tiegħu. Qabel xejn, qed nagħraf aktar kemm is-saċerdozju huwa sejħa mingħandU, u għalhekk mhux xi ħaġa li jista’ jkolli possess fuqha jien. It-tieni qed nipprova nħalli din il-ħrara li għandi għas-saċerdozju titkebbes aktar fil-qalb tiegħi, sabiex meta, jekk Alla jrid, inkun ordnat saċerdot, din il-ħrara tibqa’ titkebbes.

Comments