Il-Countdown li baqa’ għaddej!

Kull filgħodu, kont inħares lejn il-mobile u kont nara 50 jum, l-għada 49 jum, eċċ… Kien countdown għat-18 t’April, il-jum li flimkien ma’ sebgħa oħra konna ser niġu ordnati presbiteri. Sintendi wara tmien snin ta’ formazzjoni tkun imħeġġeġ ħafna għal dan il-jum! Biss, jekk xejn, dan il-perjodu jgħallimna li aħna mhux fil-kontrol taż-żmien. 

Fl-istess waqt, nemmen ukoll illi Alla juża kollox biex iwettaq il-grazzja tiegħu. Qabel xejn, qed nagħraf aktar kemm is-saċerdozju huwa sejħa…

Il-folla (Lq 19:1-10)

Fl-Evanġelju tiegħu Luqa jurina l-laqgħa ta’ Kristu mal-midneb: jurina lil Kristu jsalva lil min hu mitluf. Mhemm l-ebda kundizzjoni umani li Alla ma jistax jidħol fiha. Hawn għandna l-għan tal-Inkarnazzjoni t’Alla.

F’kapitlu tmintax naraw lil Ġesù jgħallimna fuq it-talb, ikellimna fuq l-attitudni tat-tfal u tal-għonja, it-tielet tħabbira tal-Passjoni u l-għama. Dawn kollha huma mfissra u nistgħu narawhom fil-laqgħa ta’ Ġesù ma’ Żakkew f’kapitlu dsatax.

Il-folla waqqfet lill-għama; l-istess lil Żakkew, minħabba l-identità tiegħu għax kien pubblikan. L-isem Żakkew ifisser ‘pur’; għalhekk,…

L-iskola tar-rużarju

Nhar it-Tnejn, 7 t’Ottubru, il-Knisja mqaddsa ċċelebrat it-tifkira tal-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju. Kelma li meta kont żgħir kienet tqabbadni l-kurżità imma konna nirrepetuha qabel kull posta tar-rużarju, hija l-kelma ‘kontemplazzjoni.’ Din il-kelma nħossha li torbot kemm it-tifkira kif ukoll il-kelma t’Alla ta’ din il-ġurnata.

Kemm niddejjaq meta nkun qiegħed nesprimi xi ħaġa importanti lil xi ħadd, u dak li jkun ma jħarisx f’għajnejja. Il-kelma kontemplazzjoni tfisser ħarsa t’osservazzjoni u meditazzjoni. Biss fir-realtà l-kelma ‘kontemplazzjoni’ ġejja minn żewġ kelmiet: com, li…

It-tallaba (Lq 18:1-8)

Forsi ħafna drabi, b’ton imtaqqal, issib min jilmenta li qegħdin jonqsu n-nies fil-knisja, biss ħafna drabi aktar niffukaw fuq in-numri milli fuq il-fidi tagħna. Il-mistoqsija ta’ Ġesù f’din is-silta tindirizzana b’mod dirett: “Taħsbu intom li Bin il-bniedem se jsib il-fidi meta jiġi?”

Fl-Evanġelju skont San Luqa, insibu diversi drabi lil Ġesù jitlob kif ukoll jgħallem lid-dixxipli dwar it-talb. F’kapitlu 18, insibu żewġ parabboli li permezz tagħhom Ġesù jgħallem fuq l-attitudni tat-talb. Fil-‘parabbola tal-imħallef u l-armla’ (Lq 18:1-8) Ġesù jenfasizza t-talb…

Għaddew l-eżamijiet!

Żmien l-eżamijiet!  X’naqbdu nsejħulu … żmien ta’ paniku, ta’ ansjetà jew forsi ta’ stress.  Fuq kollox żmien fejn l-istudent jirrifletti minn dak kollu li jkun għadda matul is-semestru!

Bħala seminarista tal-ewwel sena, kienet l-ewwel darba tiegħi mhux biss li qed nagħmel l-eżamijiet l-università iżda wkoll l-ewwel

keep calmdarba li kont qed nagħmel eżamijiet f’komunità.  Ikolli ngħid li dan iż-żmien għinni napprezza ferm aktar ir-rigal tal-komunità.

Qabelxejn, apprezzajt ħafna l-għajnuna li rċevejt mis-seminaristi…

Do they know its Christmas time?

This year at the Seminary there is quite an unusual nativity scene. No Mary and Joseph, no fair-skinned Baby Jesus and no sheep either. Instead, on one side, a beacon, below which is a red life jacket lying and an empty beer bottle lying on rocks. To the right a fishing boat, with nets spread over its sides. In the centre, on a pallet holding some hay and fishing nets, lies Baby Jesus.

On 8 July on his visit in Lampedusa, Pope Francis…