Ma kienx Covid19! Irranġana! Il-ħajja biddilielna ta’ taħt fuq. Saħansitra llimita r-relazzjonijiet ta’ bejnietna! Anke l-attivitajiet li ssoltu jkollna u li tkunu tistennew b’tant ħerqa minn żmien għal żmien fis-Seminarju. To stay safe, spiċċajna maqtugħin weħidna.
Għeżież, għalkemm fiżikament ninsabu ‘l bogħod minn xulxin, ibqgħu ċerti li ninsabu viċin xulxin fil-ħsieb u fit-talb. Fil-mument preżenti, dan hu li jqarribna u jgħaqqadna flimkien. Minkejja li ma nistgħux niltaqgħu fiżikament, imma l-ħsieb u t-talba tagħna hija waħda komuni: li dan iż-żmien jgħaddi kemm jista’ jkun malajr. Mhux biss. Imma kemm hu sabiħ li l-aħwa jitolbu għal xulxin. Dan iż-żmien minkejja li ma laqqagħniex flimkien imma ma waqqafniex milli aħna nitolbu għalikom u intom għalina. Ta’ dan nirringrazzjawkom. Ejja nżommu quddiem għajnejna li fit-tarf ta’ kull mina, hemm bokka li tagħti għad-dawl.
Għalhekk, ejjew inkomplu insaħħu l-fiduċja tagħna f’Alla u nafdaw lilna nfusna fl-idejn ta’ Ommna Marija li dejjem lesta li tidħol għalina f’dak kollu li nkunu ninħtieġu.