Int sejjer?

2 Ħadd Matul is-Sena (Ġw1, 35-42)
Din ir-riflessjoni għandha issir fi spirtu ta’ talb biex tkun ta’ għajnuna għalik fil-mixja tiegħek wara Ġesù. Fl-Evanġelju naraw lil Ġwanni juri lil Ġesù lid-dixxipli tiegħu. Dawk jimxu wara Ġesù u jistaqsuh “Fejn toqgħod, Rabbi?” u hu jweġibhom: “Ejjew u taraw.” Huma jmorru warajh. U int? X’se tagħmel? Sejjer?

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

35L-għada Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. 36Ħares…

Stay Safe

Ma kienx Covid19! Irranġana! Il-ħajja biddilielna ta’ taħt fuq. Saħansitra llimita r-relazzjonijiet ta’ bejnietna! Anke l-attivitajiet li ssoltu jkollna u li tkunu tistennew b’tant ħerqa minn żmien għal żmien fis-Seminarju. To stay safe, spiċċajna maqtugħin weħidna.

Għeżież, għalkemm fiżikament ninsabu ‘l bogħod minn xulxin, ibqgħu ċerti li ninsabu viċin xulxin fil-ħsieb u fit-talb. Fil-mument preżenti, dan hu li jqarribna u jgħaqqadna flimkien. Minkejja li ma nistgħux niltaqgħu fiżikament, imma l-ħsieb u t-talba tagħna hija…

Il-karba tal-umanità (Ġw 14:1-12)

Dan id-diskors ta’ Ġesù fl-Evanġelju ta’ nhar il-Ħadd li ġej jiġi eżatt wara t-tħabbira taċ-ċaħda ta’ Pietru. Ġesù jgħidilna li sejjer għand il-Missier biex iħejjilna fejn noqogħdu. Indirettament insibu referenza għas-salib u l-glorja li tinkiseb permezz tas-Salib. Dan mhux post ikun fejn ikun, imma fejn persuna tista’ tgħix u allura hemm il-ħajja; post komdu u abitabbli. Aħna prezzjużi għal Alla u Alla jixtieq li l-umanità kollha ssalva.

Interessanti wkoll is-sinċerità li biha jitkellem Ġesù….

Il-bżonn t’Alla (Lq 17:11-19)

Minkejja li l-ġeografija li nsibu f’dan il-passaġġ mhijiex daqstant korretta, però Luqa jindika li Ġesù għadu fil-mixja tiegħu lejn Ġerusalemm. F’din il-mixja jippreparana għall-fejqan ta’ dawn il-lebbrużi.

Kif inhu indikat fit-Testment il-Qadim, dawn in-nies morda bil-lebbra kienu jisfgħu eżiljati. Fil-ktieb tan-Numri naqraw kif ulied Iżrael huma ordnati mill-Mulej biex iwarrbu mill-kamp lil kull min għandu l-ġdiem, xi nxija jew tniġġes minħabba xi mejjet (Num 5: 2). Fil-ktieb tal-Levitiku, naqraw kif il-morda bil-ġdiem għandhom jilbsu ħwejjeġ imqattgħa u jħallu rashom mikxufa,…