Għeżież qarrejja u ħbieb tas-Seminarju,
Nittamaw li tinsabu lkoll tajbin.
Din is-sena seminaristika tat il-bidu tagħha nhar il-21 ta’ Settembru 2021. Il-komunità tas-Seminarju huwa l-post fejn kull wieħed minna jiġi ffurmat biex filwaqt li jkompli jagħraf is-sejħa tiegħu, jagħraf aħjar min hu u kif jista’ jkun ta’ ġid kemm għall-komunità kif ukoll ‘il quddiem fil-Knisja fis-servizz tiegħu bħala saċerdot. Għalhekk, nirringrazzjaw lill-Mulej tal-mod kif jaħdem fina u permezz tagħna.
Din is-sena, il-komunità laqgħet żewġ animaturi ġodda li huma r-Rettur tas-Seminarju: Fr Jimmy Bonnici kif ukoll il-Viċi-Rettur li hu Fr Carlo Calleja.
Il-komunità tas-Seminarju tikkonsisti minn 10 seminaristi residenti, seminarista li jinsab fis-sena intermedjarja u 2 djakni.
Is-seminaristi u d-djakni ġejjin minn:
Il-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Ħ’Attard
Il-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Ħad-Dingli
Il-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, l-Imqabba
Il-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara
Il-Parroċċa ta’ Marija Bambina, il-Mellieħa
Il-Parroċċa ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke
Il-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat
Il-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid
Il-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema
Il-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn
Il-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar