Il-Poplu ta’ Alla għandu sehem importanti fil-ħajja tal-lum għax kull bniedem, skont il-kariżma tiegħu, għandu x’joffri fil-Knisja. Din hija Knisja ‘ħajja’ fejn kulħadd huwa msejjaħ ikun dixxipli ta’ Kristu biex jimxi warajH skont is-sejħa tiegħu. Il-pedament ta’ kull Nisrani għandu jkun Kristu li jġeddidna ta’ kuljum biex permezz tal-Ispirtu s-Santu jkollna t-tama li nġibu ‘l quddiem l-għaqda.
Dan it-tiġdid iseħħ biss permezz tas-smigħ tal-Kelma li biha nagħrfu kif għandna nkunu xhieda awtentiċi, jiġifieri,…