X’inhi l-Missjoni tal-Knisja?

Waħda mill-karatteristiċi tal-knejjes Maltin hi li ġeneralment jinsabu f’nofs il-pjazza tar-raħal. Din mhux b’kumbinazzjoni. Hija fil-pjazza li r-raħal tieħu l-ħajja. Hemm in-nies jiltaqgħu u jitħaddtu, jixtru u jbiegħu, jaħdmu u jistrieħu biex ikunu jistgħu jkomplu l-ħajja tagħhom wara l-ħitan ta’ darhom.

Alla jinqeda bi xbieha simili permezz tal-profeta Żakkarija biex iħabbar lill-poplu tiegħu kif se tkun Ġerusalemm il-Ġdida. Din hija d-destinazzjoni tagħna fejn għad ningħaqdu tal-Ħallieq tagħna fix-xirka tal-qaddisin. Imma hija wkoll fil-Knisja fejn nibdew minn issa stess nitħarrġu f’dak li jixtieq illi nkunu ‘l quddiem.

Il-pjazez ta’ Ġersualemm għad jerġgħu joqogħdu fihom ix-xjuħ, rġiel u nisa,
Kulħadd bil-bastun f’idu minħabba t-tul ta’ għomru.
U l-pjazez tal-belt jimtlew bi tfal subjien u bniet,
Jilagħbu fil-wesgħat tagħha.” – Żak 8:4-5

Mela l-Knisja

aktar minn post li jaqtagħna mill-bqija tad-dinja

hija attitudni kif ngħixu fid-dinja.

aktar minn nom li jirreferi għal struttura

huwa verb li jiddeskrivi kif ngħixu flimkien.

Il-kittieb famuż Amerikan Stanley Hauerwas, jgħid li l-ewwel missjoni tal-Knisja hi li tkun Knisja.