Bħala seminarista, fil‑bidu ta’ dan il‑vjaġġ, ħassejt li tajjeb nikteb fuq l‑esperjenza
tattranżizzjoni mis‑sena propedewtika għall‑ewwel waħda ta’ formazzjoni.
Kien proprju fid‑9 ta’ Jannar ta’ din is‑sena meta, flimkien mas‑Seminarista Joseph Farrugia, bdejna ż‑żmien propedewtiku tagħna fis‑seminarju. Bla dubju, fl‑ewwel ftit ġimgħat ħassejt taħlita ta’ eċitament, biża’ mill‑ġejjieni u sens ta’ merħba kbira mill‑komunità tas‑seminarju. Tul dan iż‑żmien irċevejt xi formazzjoni bażika f’suġġetti varji bħal‑Latin u l‑Ispiritwalità. Bħal f’kollox, fis‑seminarju, ż‑żmien tar u
lejn l‑aħħar ta’ Settembru dħalt is‑seminarju bħala seminarista. Il‑bidla hi waħda sostanzjali, minn “spettatur” tal‑ħajja seminaristika għal membru attiv, minn għalliem għal student universitarju, u fuq kollox minn propedewtiku għal seminarista. Tal‑aħħar kienet bidla li lqajtha b’ferħ kbir u b’responsabbiltà kbira, lewwel nett għaliex aħna “wiċċ” is‑seminarju u t‑tieni għax aħna, bħala seminaristi, nitqiesu bħala punt ta’ referenza għal dawk li qed jiddixxernu s‑sejħa tagħhom.
Meta nħares lura lejn il‑mixja mill‑ewwel ġimgħa bħala propedewtiku sa issa bħala seminarista, nara mixja ta’ għotja, ta’ fiduċja u ta’ fidi. Bla dubju mumenti ta’
diffikultà taffaċċja wkoll, iżda permezz tat‑talb, ta’ persuni biex jiggwidawk u komunità tassew fraterna, tkompli tagħraf it‑triq li biha taqdi bl‑aħjar mod lil Alla u l‑Knisja.

