Bħala seminarista, fil‑bidu ta’ dan il‑vjaġġ, ħassejt li tajjeb nikteb fuq l‑esperjenza
tattranżizzjoni mis‑sena propedewtika għall‑ewwel waħda ta’ formazzjoni.
Kien proprju fid‑9 ta’ Jannar ta’ din is‑sena meta, flimkien mas‑Seminarista Joseph Farrugia, bdejna ż‑żmien propedewtiku tagħna fis‑seminarju. Bla dubju, fl‑ewwel ftit ġimgħat ħassejt taħlita ta’ eċitament, biża’ mill‑ġejjieni u sens ta’ merħba kbira mill‑komunità tas‑seminarju. Tul dan iż‑żmien irċevejt xi formazzjoni bażika f’suġġetti varji bħal‑Latin u l‑Ispiritwalità. Bħal f’kollox, fis‑seminarju, ż‑żmien…

