Marija tmexxina

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa (Lq 1, 26-38)

F’dak iż-żmien, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”.

Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, int se tnissel…

Mument ta’ rivelazzjoni (Mt 21:1-11)

B’dan ir-rakkont nidħlu fil-Ġimgħa Mqaddsa. Il-ġimgħa li ġġib fi tmiemha l-ħajja ta’ Ġesù bil-mewt tiegħu imma li twassal għall-qawmien mill-mewt. Għad-dħul tiegħu fil-belt ta’ Ġerusalemm Ġesù jagħżel il-mument meta l-belt tkun miżgħuda bil-pellegrini li ta’ kull sena kienu jaslu fiha biex hemm jiċċelebraw l-Għid.

Ġesù jirkeb fuq il-ħmara biex jidħol fil-belt ta’ Ġerusalemm. Biex nifhmu aktar dan il-ġest ta’ Ġesù nirreferu għal passaġ fejn il-Profeta Żakkarija iħabbar lil Ġerusalemm li l-Magħżul ta’ Alla ġej…

Il-misteru li jseħħ fis-skiet

Il-Misteru tal-Inkarnazzjoni sa mill-bidu tiegħu huwa misteru li jseħħ fis-skiet, mistur minn għajnejn in-nies, magħruf biss min-nies umli u ċkejkna. Jaf il-bidu tiegħu f’Nażaret, raħal ċkejken u minsi. L-ewwel aħbar tasal lil Marija, ix-xebba umli, li tagħti l-kunsens tagħha fis-skiet ta’ darha. Ġużeppi jilqa’ dan il-misteru hekk kif tħabbar lilu b’ħafna umiltà fis-silenzju tal-qalb tiegħu. Lir-rgħajja ta’ Betlehem jitħabbar it-twelid tas-Salvatur fis-skiet tal-lejl.

F’diskors li l-Beatu Papa Pawlu VI kien għamel f’Nażaret fil-5 ta’ Jannar 1964, jitkellem dwar is-skiet li…

Impenn leali u diżinteressat (Lq 17:5-10)

F’kapitlu 17 Ġesù jibda biex jagħti xi twissijiet fosthom kif nuru stima lejn min hu ċkejken, kif naġixxu ma’ min ikun fl-iżball u r-reponsabbiltà li għandu jkollna ta’ xulxin. Jgħallem kif wieħed għandu jilqa’ bi gratitudni dak li jirċievi mingħand ħaddieħor. Fi kliem ieħor, Ġesù jgħallimna kif ngħixu f’komunità u nkunu bennejja tas-Saltna tiegħu.

Dawn it-twissijiet jitolbu impenn, u għalhekk fl-ewwel parti ta’ din is-silta (vv. 5-6) naraw l-appostli jitolbu lil Ġesù biex ikattar fihom il-fidi. Ġesù jwieġeb b’paragun ftit…

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Fid-diskors tal-Muntanja Ġesu’ jasal f’mument fejn jidħol aktar fil-fond fil-mod kif huwa jħares lejn il-liġi. Għal-Lhud, b’mod speċjali il-Fariżej u l-Kittieba, l-osservanza u l-ħarsien tal-Liġi mgħoddija lilhom minn Mose’ kienet ħaġa meqjusa qaddisa u indispensabbli fil-ħajja reliġjuża tagħhom. Jekk trid turi li inti prattikanti fil-fidi kien meħtieġ li tosserva dak li hemm preskritt fil-liġi kemm jista’ jkun b’mod rigoruż. Fid-diskors tiegħu Ġesu’ żgur li ħasad ferm lill-Kittieba u ‘l-Fariżej, aktar u aktar meta qal: “Xejn la taħsbu li jiena…