Iż-żerriegħa li tikber!

Il-logo l-ġdid taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju, ddisinjat mis-Sur Michael Grech, jgħaqqad flimkien iż-żerriegħa, il-weraq u żewġ toroq li jidħlu f’xulxin.

Iż-żerriegħa tfakkarna li l-vokazzjoni bħal ma jiġri fin-natura tibda minn żerriegħa ċkejkna li Alla jitfa’ fil-qalb tal-bniedem. Meta wieħed jieħu ħsieb dik iż-żerriegħa din tikber f’siġra mimlija weraq u frott. Iż-żewġ toroq li jidħlu f’xulxin bħal f’salib it-toroq ifakkruna li meta wieħed ikun qiegħed…