Il-protesta (Mt 17:1-9)

Hemm xena fil-film Café Society (2016) fejn mara Lhudija tilmenta ma’ żewġha dwar kif binhom, qattiel, isir Nisrani. ‘L-ewwel qattiel, imbagħad isir Nisrani. X’għamilt biex jistħoqqli dan? X’inhi l-agħar?’, tgħid Rose Dorfman.

Marty, żewġha, ifakkarha li binhom sar Nisrani għax qalilhom li huma ma jemmnux fil-ħajja wara l-mewt, iżda waqt li tenniet li kulħadd jibża’ mill-mewt, Rose saħqet li m’għandna qatt nitilqu r-reliġjon li twelidna fiha.

Marty jwieġeb li hu ma jibżax mill-mewt, imma martu kienet pronta tfakkru li hu baħnan…

Il-baħħ

Silence, ktieb ta’ Shusako Endo u issa film ta’ Martin Scorsese, huwa l-istorja ta’ żewġ qassisin żgħażagħ Ġiżwiti li jmorru l-Ġappun bħala missjunarji u wkoll biex ifittxu qassis li kellu sehem kbir fil-formazzjoni tagħhom u li kien ilu żmien twil fejn kienu jaħsbu li kienet l-aħħar tad-dinja.

L-insara Ġappuniżi huma raħħala fqar ħafna u sempliċi, bil-fehma komuni li jitwieldu bħall-annimali biex imutu bħall-annimali. Wieħed b’għajn waħda, ieħor ġifa. L-attività missjunarja tal-knisja hi mqabbla mill-Ġappuniżi stess mal-insistenza ta’ mara…