Qum minn hemm!

Qari mill-Evanġelju skont San Mark (13:33-37)

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: ”Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt. Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f’idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa’ jishar.

Mela ishru, għax ma tafux meta jiġi Sid id-dar, jekk hux filgħaxija, jew f’nofsillejl, jew xħin jidden is-serduk, jew inkella mas-sebħ, li ma jmurx jiġi għal għarrieda u jsibkom…

“La Tibżgħux” (Mt 10:26-33)

L-Evanġelju ta’ din il-ġimgħa huwa parti ċkejkna minn diskors sħiħ ta’ Ġesù, li matulu jagħżel lit-Tnax, jibgħathom għall-missjoni tagħhom, u anke jwissihom dwar il-persekuzzjonijiet li kienu ser jiltaqgħu magħhom tul il-vjaġġ. Tajjeb li wieħed jiftakar li l-Evanġelju skont San Mattew inkiteb għal udjenza li kienet Lhudija u li kkonvertiet għall-Kristjaneżmu. F’dak iż-żmien, jiġifieri qrib is-sena 85 w. K., dik il-komunità kienet għaddejja minn żmien diffiċli propju minħabba l-persekuzzjonijiet li kienet qed issofri. Allura, il-kliem ta’ Ġesù, “la…

Il-ġarra vojta (Ġw 4:5-42)

Il-bir ta’ Ġakobb hu diġà mit-Testment il-Qadim il-bir tal-għaqda: kien fejn il-bir, per eżempju, li Ġakobb iltaqa’ mal-mara futura tiegħu Rakel, kif naqraw fil-ktieb tal-Ġenesi, kapitlu 29. Barra minn hekk, għas-Samaritani li jġibu l-ilma mill-bir kienet għalihom bżonn imma wkoll u attività soċjali.

F’din is-silta naraw ukoll l-antagoniżmu tal-Lhud lejn is-Samaritani, għax tal-aħħar marru ‘l bogħod minn Alla. Fil-kuntest ta’ din il-laqgħa bejn Ġesù – Lhudi – u s-Samaritana fejn il-bir, għalhekk,  Ġwanni jippreżenta lil Ġesu bħala sinjal t’għaqda….

Esperjenza mal-abbatini ġewwa l-Vatikan

Dan is-sajf l-animaturi tas-Seminarju talbuni sabiex, barra li nservi fil-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn, inkun ukoll wieħed minn dawk li jmexxu wieħed mill-gruppi tal-abbatini li jitilgħu jagħtu servizz liturġiku ġewwa l-Vatikan. L-iskop li seminarista jakkumpanja dawn il-gruppi huwa wieħed vokazzjonali, bit-tama li frott il-preżenza ċkejkna tagħna l-abbatini jitħajru jikkunsidraw is-sejħa saċerdotali. Għalija nista’ ngħid li kienet esperjenza pożittiva ħafna li minnha rċivejt bosta grazzji. Rajt diversi ġuvintur żgħar li lesti jaħdmu bis-serjeta’ għal għan li jixtiequ jilħqu, filwaqt li kont…

“Ħabib, irrid inservik!”

F’April li għadda, filwaqt li ħafna kienu maħsuda bin-nar li ħakem lill-Katidral ta’ Notre Dame ġewwa Pariġi, ħafna wkoll tkellmu dwar Fr Jean-Marc Fournier, is-saċerdot stazzjonat mal-pumpiera tat-tifi tan-nar, li daħal ġewwa l-Katidral sabiex, fost l-oħrajn, isalva l-Ewkaristija. Fr Fournier tkellem hekk dwar dak li ġara:

“…tifhem li hija tassew kiefra tara lil xi ħadd li tħobb jinqered fin-nirien. Aħna l-pumpiera spiss naraw vittmi tan-nar u nafu xi jsarraf; għal din ir-raġuni fittixt li fuq kollox insalva il-preżenza reali tas-Sinjur…