Għadni niftakar il-mument tant emozzjonanti meta bdejt il-mixja tiegħi fis-Seminarju ftit tas-snin ilu u issa ġa wasalt fl-aħħar sena tiegħi ta’ formazzjoni fis-Seminarju u ser nibda fażi ġdida f’ħajti. Fi ftit ġranet oħra, jien flimkien ma’ erbgħa oħra minn sħabi ser niġu ordnati djakni. Huwa mument importanti ħafna f’ħajti għax b’dan il-pass ser ningħata b’mod iktar sħiħ lil Alla u lill-Knisja.
Id-djaknu fil-Knisja tal-bidu kien l-id il-leminija tal-isqof fil-ħidma tiegħu fost il-foqra. Illum id-djaknu (li jfisser ‘qaddej’) hu dak li…