Wara seba’ snin ta’ formazzjoni hemm min jgħidlek li issa lest mill‑formazzjoni! Imma meta tirrifletti ftit, wieħed jinduna li kull wieħed mill‑pilastri tal‑formazzjoni huwa neċessarju mhux biss għal seba’ snin imbagħad daqshekk, imma huwa bżonjuż tul il‑ħajja kollha tal‑qassis.
Il‑kura umana tagħna bħala saċerdoti hija pilastru li fuqu jserrħu bosta aspetti oħra. Flimkien mal‑formazzjoni umana hemm il‑formazzjoni spiritwali. Kemm hi neċessarja matul is‑saċerdozju tiegħi li ta’ kuljum nibqa’ nikber fi spirtu ta’ talb! Il‑kura…