“Sejjaħtilkom ħbieb”

“Sejjaħtilkom ħbieb” – Hekk jgħid Ġesu lid-dixxipli tiegħu fl-aħħar ċena. (Ġwanni 15:15)

F’dan il-mument intimu, Ġesu juri x-xewqa li bħalma għamel hu hekk ukoll għandhom jagħmlu d-dixxipli tiegħu, il-Knisja.

Fil-kitba tiegħu “Christus Vivit”, il-Papa jikteb li “imqar jekk il-ħbieb jistgħu jkunu differenti ħafna minn xulxin, dejjem hemm xi affarijiet komuni li jwassluhom biex iħossuhom qrib ta’ xulxin, hemm intimità li huma jaqsmu flimkien b’sinċerità u fiduċja.”

Meta…

Ħidma f’Marsaxlokk

Tul l-ewwel sena ta’ formazzjoni tiegħi fis-seminarju ġejt assenjat fil-Parroċċa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompei f’Marsaxlokk. Tul din l-esperjenza kont nassisti għall-Quddiesa u għal sagramenti oħra mogħtija fis-Santwarju kif ukoll kelli ċ-ċans li ninvolvi ruħi f’xi gruppi tal-parroċċa fosthom dawk taż-żgħażagħ u tal-abbatini. Xi ħaġa li ser nibqa’ ngħożż u nġorr f’qalbi hija t-tjubija ta’ bosta nies li jagħtu s-sehemhom fil-parroċċa. Għalkemm l-imxija tal-pandemija biddlet il-programm tas-sena, ma nistax ninsa’ xi esperjenzi marbutin mal-identità tal-lokal, ngħidu aħna t-tberik…

“Omm tal-għaġeb!”

L-inkwadru tal-Mater Admirabilis li jinsab ġewwa l-Kappella l-kbira tas-Seminarju huwa kopja ta’ affresk li jinsab ġewwa Trinità dei Monti, f’Ruma. L-oriġinal ġie mpitter fl-1844 minn postulanta tas-Soċjetà bl-isem ta’ Pauline Perdrau. Din ix-xbieha turi lil Marija żgħira fl-età tikkontempla bid-dussies f’idejha. Perdrau xtaqet turi l-paċi u s-safa ta’ Marija iżda hekk kif lestiet dan l-afresk dan ma ġiex kif mixtieq għaliex il-kuluri ġew jagħjtu ħafna. Is-superjura ta’ Perdrau talbet li dan l-affresk għandu jitneħħa iżda wieħed dilettant…

Sena seminaristika ġdida

Għeżież qarrejja u ħbieb tas-seminarju, 

Nisperaw li intom tinsabu tajbin! 

Din is-sena seminaristika bdiet ftit differenti mis-soltu!

L-ewwelnett, dħalna lura s-seminarju wara żmien kemmxejn twil d-dar, dan għaliex f’Marzu li għadda morna d-dar minħabba l-imxija tal-pandemija. Tul iż-żmien li konna magħluqin id-dar, konna niltaqgħu virtwalment bħala komunità tliet darbiet fil-ġimgħa fejn kien ikollna laqgħat ta’ formazzjoni u anke nitolbu flimkien. 

Din is-sena hija wkoll ftit…

L-ewwel ġimgħat ta’ formazzjoni

Wara s-sena propadewtika f’Settembru li għadda bdejt l-ewwel sena tiegħi fis-Seminarju. Dan huwa pass ġdid fil-ħajja tiegħi. Pass li diġà qiegħed nara l-frott tiegħu.

Is-sena propadewtika tiegħi fost ħafna affarijiet oħra kienet tikkonsisti f’esperjenza ta’ xogħol, f’lezzjonijiet fil-lingwi tat-Taljan u tal-Latin u f’ korsijiet dwar il-ħajja spiritwali u dwar il-formazzjoni umana. Matulha kelli wkoll irtiri u fis-sajf ħadt esperjenza ta’ pastorali maż-Żagħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK). Nista’ ngħid li fuq kollox is-sena propadewtika għenitni ħafna fejn tidħol il-ħajja spiritwali u d-dixxerniment…

Bħal Ġesù, aħna mibgħuta

Ta’ kull sena l-Animaturi tas-Seminarju jagħżlu tema u kelliem differenti biex jindirizzaw lis-seminaristi f’seminar ta’ formazzjoni.

Din is-sena is-suġġett magħżul kien ‘Accountability and Responsibility’. Dan is-seminar seħħ bejn il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru u l-Ħadd 10 ta’ Novembru u tmexxa mill-Psikoterapista Georgina Debattista.

Tul dan is-seminar, aħna s-seminaristi tal-ewwel tlett snin iddiskutjejna u tkellimna dwar diversi temi importani li joħorgu mit-titlu magħżul, fosthom dwar il-perċezzjonijiet tagħna, dwar l-importanza tas-smiegħ kif ukoll dwar il-bidla li jeħtieġ li jkun hemm fil-karattru ta’ dak li…