Is-sena tad-Djakonat tiegħi għextha l-iktar fil-parroċċa ta’ Santa Luċija. Żammejt kuntatt ukoll mal-parroċċa tiegħi ta’ Ħal Safi. Niddeskrivi d-Djakonat bħala sensiela ta’ esperjenzi sagri.
Mumenti intimi u sagri għall-aħħar kienu ż-żjajjar fil-familji (it-tberik) li bdejna f’Ottubru. Kemm Insara prattikanti kif ukoll dawk ‘bierda’ laqgħuna b’ħafna ħlewwa fi djarhom. Kieku jkollok il-ħin tibqa’ tisma’ l-ferħat u l-weġgħat sa tard bil-lejl!
Mumenti intimi oħra kienu l-omeliji. Timmedita u tirrifletti biex finalment tislet dak…