“F’lejl ta’ xitwa ġewwa Betlem…” Le! Mhux iżjed f’Betlehem… jew tal-anqas mhux f’Betlehem biss. M’għadux jitwieled F’Betlehem biss. Fil-Milied ma nfakkrux twelidu hemm biss. Dak kien elfejn sena ilu, avveniment tal-passat, parti minn żminijiet oħra… jew għadu żmienu? Ma nafx eżatt. Għax niġi bejn ħaltejn. Inħares fit-twieqi, fil-vetrini, fil-knejjes u fid-djar, u nilmaħ il-presepji u l-bambini mixgħulin, b’ilbies u b’dehriet ta’ żminijiet mbiegħda… Imma mbagħad naqla’ ħarsti minn fuq il-Bambin u l-presepju fit-twieqi jew fuq l-altar, u ndur lejn…