Ministru tal-Ħniena

Id-djaknu wkoll huwa ministru. Mhux it-tip ta’ ministru li nisimgħu bih is-soltu fuq l-aħbarijiet, imma ministru kemxejn differenti. Ministru li xogħlu mhuwiex li jikkmanda, imma li jaqdi. Jaqdi lin-nies billi jwassal u jkun hu stess is-sinjal tal-ħniena infinita tal-Missier.

Nista’ ngħid li f’dawn l-aħħar sitt xhur, din kienet l-esperjenza tiegħi bħala djaknu b’mod speċjali fil-parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi. Esperjenza fejn,…

“Ġesù Kristu hu wiċċ il-ħniena tal-Missier.” (MV 1)

Minn dan il-vers hi ispirata din il-pittura, li qed tgħinna fit-talb tagħna waqt il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. “Il-Mulej jixħet id-dija ta’ wiċċu fuqna, u jurina l-ħniena” (Num 6, 25).

Din l-inizjattiva tidher f’din il-pittura, fil-ħarsa tal-Mulej li minnha joħrog disinn fil-forma ta’ spirall li jifforma parċmina. Din tibda mill-isfond u ddur ma’ Ġesù, li Hu l-Kelma Inkarnata – Rivelazzjoni sħiħa….