Minn dan il-vers hi ispirata din il-pittura, li qed tgħinna fit-talb tagħna waqt il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. “Il-Mulej jixħet id-dija ta’ wiċċu fuqna, u jurina l-ħniena” (Num 6, 25).

David Borg jispjega l-pittura tas-Sena tal-Ħniena.

David Borg jispjega l-pittura tas-Sena tal-Ħniena.

Din l-inizjattiva tidher f’din il-pittura, fil-ħarsa tal-Mulej li minnha joħrog disinn fil-forma ta’ spirall li jifforma parċmina. Din tibda mill-isfond u ddur ma’ Ġesù, li Hu l-Kelma Inkarnata – Rivelazzjoni sħiħa. Meta nħarsu lejH, Hu jiftaħ dan l-iskroll biex aħna niskopru min hu Alla, kif ukoll min verament aħna.

Bħala Għalliem, Hu qed jippreżentalna l-Kelma. Qed jgħallimna x’jiġifieri ħniena (Matt 9, 13) billi jistedinna nkomplu nirriflettu fuq l-Iskrittura u nħalluha tiffurmana. Nibbażaw ħajjitna fuq l-Evanġelju (l-Aħbar it-Tajba), li qed tidher fis-simboli tal-Evanġelisti. Minn magħhom (mill-qiegħ), tibda mixja li fiha d-dellijiet u dwal tagħha. Aktar ma din it-triq imserrpa toqrob lejn il-wiċċ tal-Mulej, aktar tinbidel fil-kulur dehbien (fil-qdusija).

Il-pittura ta' David Borg għas-Sena tal-Ħniena

Il-pittura ta’ David Borg għas-Sena tal-Ħniena

L-etimologija tal-kelma ‘ħniena’, tagħtiha aktar sens wiesa’ mill-lat Bibbliku. Il-ħniena t’Alla hi mfissra mill-kunċett tal-kelma ‘chesed’ (fedeltà, tjubija – lat maskili), li flimkien mal-kelma ‘rachamim’ (imħabba ġejja mill-kompassjoni – imħabba materna), din ġejja mill-għerq tal-kelma ‘rechem’ (ġuf). Din l-imħabba ġewwiena hi murija fil-pittura b’dawl fuq il-ġewwieni tiegħu. Bħalma l-omm tagħmel l-ispazju f’ġisimha ghat-tarbija, hekk aħna wkoll meta nħennu, inkunu qed nagħmlu wisgħa għall-proxxmu u biex Alla jgħammar fina. Hekk ngħixu l-ħniena tal-qalb ta’ Gesù.

David Borg
Seminarista III sena

Comments