Id-djaknu wkoll huwa ministru. Mhux it-tip ta’ ministru li nisimgħu bih is-soltu fuq l-aħbarijiet, imma ministru kemxejn differenti. Ministru li xogħlu mhuwiex li jikkmanda, imma li jaqdi. Jaqdi lin-nies billi jwassal u jkun hu stess is-sinjal tal-ħniena infinita tal-Missier. Nista’ ngħid li f’dawn l-aħħar sitt xhur, din kienet l-esperjenza tiegħi bħala djaknu b’mod speċjali fil-parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi. Esperjenza fejn, għalkemm...