L-għażla favur il-ħajja hi tema li spiss tiġi diskussa. Forsi għal ħafna minna, dan is-suġġet jibqa’ għaddej minn fuq rasna bla ma naħsbu xejn dwaru. Fil-ħajja magħġla tal-lum, ftit li xejn wieħed għandu ċans joqgħod jaħseb fuq il-ħajja. Iżda ħaġa tal-iskantament, diversi minna jeħduha qatta bla ħabel kontra dawk li jitkellmu favur l-abort jew l-ewtanasja. Dan għaliex ilkoll għandna għal qalbna l-valur tal-ħajja umana sa mit-tnissil tagħha u nagħrfu li hemm…