Veni Sancte Spiritus!
Illum qed niċċelebraw waħda mill-akbar festi tal-Knisja, qed niċċelebraw l-jum li jfakkar it-twelid tal-Knisja. Kollox beda f’dan il-Jum, bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu. Fl-aħħar ikla, Ġesù jagħmel wegħda lid-dixxipli tiegħu li wara t-tluq tiegħu minn din id-dinja kien ser jibgħatilhom id-don tal-Missier, jiġifieri l-Ispirtu s-Santu. Din il-wegħda ta’ Ġesù ġiet fis-seħħ nhar Għid il-Ħamsin, mingħajr ħadd ma kien qed jistenna li se jseħħ dak li seħħ, ibda mid-dixxipli tiegħu. Il-Papa Franġisku f’Omelija nhar Għid il-Ħamsin jgħid: “Kristu msebbaħ fuq…