Ħobż u Inbid li Jinqasmu

Ġesù seta’ nqeda b’ikel u xorb ieħor minflok il-ħobż u l-inbid biex permezz tagħhom iħallielna Ġismu u Demmu. Nimmaġina li meta ġie biex jieħu deċiżjoni kkonfonda xi ftit x’jaqbad jagħżel. Imma jien naħseb li għażel il-ħobż u l-inbid għaliex biex tiekol il-ħobż u tixrob l-inbid jeħtieġ li taqsamhom ma ħaddieħor. Ħadd ma jiekol ħobża tal-Malti sħiħa f’daqqa u ħadd ma jixrob flixkun inbid f’daqqa jekk ma jkunx irid jispiċċa ħażin. Il-ħobż u l-inbid trid taqsamhom ma’ ħaddieħor…

“Ġesù Kristu hu wiċċ il-ħniena tal-Missier.” (MV 1)

Minn dan il-vers hi ispirata din il-pittura, li qed tgħinna fit-talb tagħna waqt il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. “Il-Mulej jixħet id-dija ta’ wiċċu fuqna, u jurina l-ħniena” (Num 6, 25).

Din l-inizjattiva tidher f’din il-pittura, fil-ħarsa tal-Mulej li minnha joħrog disinn fil-forma ta’ spirall li jifforma parċmina. Din tibda mill-isfond u ddur ma’ Ġesù, li Hu l-Kelma Inkarnata – Rivelazzjoni sħiħa….