Dun Bastjan Caruana ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju, 1997. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħala Viċi-Kappillan. Fl-1999 mar għal xogħol missjunarju f’Korçë, l-Albanija. Lura Malta, f’Jannar tal-2002 inħatar Viċi-Kappillan fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar u f’Diċembru nħatar Kappillan tal-imsemmija parroċċa. Fl-2015 inħatar Direttur Spiritwali residenti fis-Seminarju tal-Arċisqof, u fl-2016 l-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta, waqt li baqa’ jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju.