Il-bniedem huwa annimal soċjali: fin-natura tiegħu għandu bżonn jgħix f’komunità ta’ bnedmin. 

Komunità mhix grupp ta’ nies kollha l-istess; anzi, is-sabiħ tal-komunità hi li hi magħmula minn bnedmin differenti ħafna minn xulxin. Ma jaqblux fid-dehra, fit-twemmin politiku, fil-passatempi… Biss hemm xi ħaġa li tgħaqqadhom. Fil-każ tagħna l-Insara, hu Ġesu Kristu li jgħaqqadna. Il-komunità Nisranija hi komunità ta’ bnedmin differenti minn xulxin, imma lkoll mixjin wara Kristu.

Id-differenzi fil-membri tal-komunità mhumiex żvantaġġ, anzi huma grazzja. Il-ġebel fix-xtajta jieħu l-forma partikolarii tiegħu billi jaħbat ma’ ġebel ieħor. Bl-istess mod il-bniedem jikber u jifforma ruħu meta jkun f’komunità. Kull laqgħa mal-membri tal-komunità hi ‘daqqa’ li tifforma lill-individwu. Meta nkunu flimkien f’komunita insiru nixbħu aktar lil Alla stess, li Hu Trinita.

Għalhekk il-komunita mhijiex biss sabiħa; hi essenzjali.

Comments