Jitlob kont

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (Mt 25:14-30)

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skont il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra. Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala’ tnejn oħra. Iżda dak li ħa…

Il-Bniedem f’Komunità

Il-bniedem huwa annimal soċjali: fin-natura tiegħu għandu bżonn jgħix f’komunità ta’ bnedmin. 

Komunità mhix grupp ta’ nies kollha l-istess; anzi, is-sabiħ tal-komunità hi li hi magħmula minn bnedmin differenti ħafna minn xulxin. Ma jaqblux fid-dehra, fit-twemmin politiku, fil-passatempi… Biss hemm xi ħaġa li tgħaqqadhom. Fil-każ tagħna l-Insara, hu Ġesu Kristu li jgħaqqadna. Il-komunità Nisranija hi komunità ta’ bnedmin differenti minn xulxin, imma lkoll mixjin wara Kristu.

Id-differenzi fil-membri tal-komunità mhumiex żvantaġġ,…

Ikel ta’ veru (Ġw 6:51-58)

Għandna silta mill-Evanġelju ta’ Ġwanni li titkellem dwar il-ħobż ħaj li nieżel mis-sema. Dan id-diskors hu taħdita bejn il-Lhud u Ġesù. Fil-verità, l-aktar li jitkellem hu Ġesù; kultant il-Lhud iżerżqulu mistoqsija, u hu jweġibha b’diskors. Pass wara pass, Ġesù jgħallem lil-Lhud dwar l-Ewkaristija. Tajjeb niftakru wkoll li l-Evanġelju ta’ Ġwanni ma fihx rakkont tal-aħħar ċena; it-tagħlim dwar l-Ewkaristija jinsab f’dan id-dibattitu teoloġiku mal-Lhud dwar il-Ħobż tas-Sema.

Ġesu jibda minn ħsieb, li l-Lhud huma familjari…

L-identità ta’ Ġesù (Mt 4:1-11)

L-Evanġelju tal-ewwel ħadd tar-Randan ifakkarna li d-deżert mhux post partikulari, imma stat ta’ tiġrib. Mattew kiteb għal udjenza Lhudija, b’ħafna referenzi għal-Liġi u għal-Lhud fid-deżert. Id-deżert hu l-prova, kif naqraw fil-ktieb tad-Dewteronomju (8:2): “Ftakar fil-mixja kollha li mexxiek il-Mulej, Alla tiegħek, matul dawn l-erbgħin sena fid-deżert, biex iċekknek u jġarrbek, ħalli jkun jaf x’għandek f’qalbek, jekk tridx toqgħod għall-kmandamenti tiegħu jew le.”

Interessanti li l-irwol ta’ dak li jġarrab, qabel l-eżilju, hu t’Alla. Wara jkun ix-xitan li jġarrab, kif naraw…

‘Qas naf kif tar il-ħin!

Din l-espressjoni spiss ngħiduha fil-ħajja mgħaġġla tagħna. Donnu l-ġurnata ttir bla ma nilħqu nagħmlu nofs l-affarijiet li nkunu xtaqna nagħmlu. L-istess jiġri lilna s-seminaristi, li rridu nlaħħqu mal-impenji tas-Seminarju u tal-Università. Sabiex ngħinu lilna nfusna nindirizzaw din il-problema, f’Novembru kellna seminar ta’ taħriġ fl-użu tajjeb tal-ħin: Time management. Dan is-seminar kien immexxi minn Ms Marisa Giordimanina.

Żewġ punti importanti li ħarġu minn dan is-seminar kienu l-prijoritajiet u l-ippjanar. Il-ħin tagħna hu limitat għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum: dawk għandna!…