Ir-Randan huwa żmien importanti fi ħdan il-Knisja Kattolika: huwa żmien ta’ talb, u sawm. Fis-seminarju naraw ir-Randan bħala opportunità biex nikkontemplaw dak li verament għamel għalina Sidna fuq is-Salib. Din is-sena minħabba COVID-19 qed nerġgħu nesperjenzaw ir-Randan minn perspettiva differenti. Bħala seminarju nimmeditaw fuq is-salib, immeditajna fuq il-mod kif sofriet Marija ma’ Ġesù. Fil-meditazzjonijiet tagħna ffukajna fuq: il-qawwa ta’ Alla, l-imħabba ta’ Alla, il-Qdusija ta’ Alla, is-salvazzjoni ta’ Alla, il-maħfra ta’ Alla, l-Umiltà ta’ Alla, l-għerf ta’Alla, il-valur tagħna għal Alla, u l-vanità tad-dinja.
Din is-sena sfortunatament ma stajniex nistiednu lin-nies jingħaqdu magħna għall-ħinijiet tat-talb. Kieku ġejtu fis-seminarju dan ir-Randan, issib li l-kappella ewlenija tagħna hija mżejna b’arranġamenti tal-fjuri stil Ikebana, tfakkira fis-sempliċità li r-Randan qed jistedinna nipprattikaw. Issib ukoll salib kbir li jżejjen il-post ewlieni ta’ merħba, li jfakkarna kontinwament fis-sagrifiċċju kbir li l-Mulej ġarrab għalina.
Din is-sena għamilna wkoll xi ħaġa differenti. Bħala seminarju ipproduċejna xi riflessjonijiet qosra għall-Ġimgħa Mqaddsa. Għamilna dan għaliex aħna konxji li l-midja għandha rwol importanti fil-ministeru futura tagħna bħala saċerdoti. Aħna użajna dan iż-żmien bħala opportunità biex nitgħallmu xi jfisser li tkun quddiem il-kamera. Aktar importanti minn hekk, ipproduċejna dawn ir-riflessjonijiet qosra biex nilħqu lin-nies kollha li ma jistgħux imorru l-knisja f’dan il-ħin verament qaddis.
Waqt li nkomplu nitolbu għalikom, nittamaw li ssibu r-riflessjonijiet tagħna ta’ għajnuna matul dan iż-żmien qaddis.
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta