Fi ħdan is-sena barra ġraw ħafna affarijiet. Aħna bħala seminaristi mħeġġin nagħmlu xi ħaġa differenti, f’dan iż-żmien ‘il bogħod mis-seminarju. Kelli bosta pjanijiet u kont ħerqan biex nara partijiet differenti tad-dinja. L-ewwel parti tas-sena barra tiegħi kienet dik li jiena sejjaħt ‘work phase’. Sibt xogħol naħdem bħala ‘care worker’ fil-Fondazzjoni Dar ta’ San Ġużepp, dar għas-subien immexxija mill-komunità MSSP. Sibt ukoll xogħol part-time naħdem ma’ JRS bħala koordinatur tal-outreach. Il-ħidma mas-subien f’Dar ta’ San Ġużepp kienet esperjenza…
Il-Kandidatura
Għaddew 5 snin minn meta dħalt l-ewwel darba fis-Seminarju. Qisu lbieraħ meta għidt lill-familja u l-ħbieb li ridt insir Saċerdot. Il-formazzjoni tas-Seminarju tinvolvi ħafna sigħat ta’ tfittxija personali tar-ruħ kif ukoll konversazzjonijiet u tagħlim minn persuni oħra li wieġbu għas-sejħa partikolari ta’ Alla għas-Saċerdozju. Ħafna sigħat ta’ talb, riflessjoni, studju u direzzjoni spiritwali ġabuni f’dan il-punt ta’ ħajti.
Il-Kandidatura hija rit li jseħħ waqt il-formazzjoni tas-Seminarju, li bih il-Knisja tirrikonoxxi li s-Seminarista huwa denju…
Ħajja ta’ talb
Il-prinċipju bażiku tal-formazzjoni spiritwali huwa “li tgħix f’għaqda intima u bla waqfien ma’ Alla l-Missier permezz ta’ Ibnu, Ġesù Kristu, fl-Ispirtu s-Santu” (PPF107). L-ispiritwalità tas-saċerdot hija karatterizzata minn talb, kastità, ubbidjenza matura, sempliċità tal-ħajja u ġustizzja soċjali, b’imitazzjoni ta’ Ġesù Kristu. “Għal kull saċerdot il-formazzjoni spiritwali tiegħu hija l-qalba li tgħaqqad u tagħti l-ħajja lil dak li hu qassis u li jaġixxi bħala saċerdot” (PDV, nru 45).
Fis-seminarju nippruvaw insibu l-bilanċ bejn it-talb, ix-xogħol…
Ħadd il-Għid
“Mhuwiex hawn! Qam kif kien qal.”
Illum niċċelebraw l-Għid il-Kbir, u f’dan il-jum irridu niftakru li Ġesù mhuwiex biss ruħ li telgħet l-ġenna. Kristu Rxoxt, bħalma jgħidilna San Pawl fl-Ittra tiegħu lill-Kolossin, huwa l-ewwel frott ta’ ħajja ġdida. Natura ta’ bniedem totalment ġdida dehret u ġiet irrivelata lilna. Is-salib kien biss passaġġ, post proviżorju.
Il-Qawmien tal-Mulej mill-mewt mhuwiex simbolu jew metafora. L-ewwel Insara ma ssagrifikawx ħajjithom għal metafora. L-ewwel dixxipli ma marrux ixandru mad-dinja kollha l-bxara t-tajba għax emmnu f’xi għajdut….