IS‑SENA PROPEDEWTIKA:SINJAL TA’ TAMA

It‑tama tieħu diversi forom: żerriegħa; tafal; fosdqa. Kollha jesprimu tama
ta’ ħajja ġdida. Ma’ dawn nistgħu nżidu għamla oħra ta’ tama: dawk l‑ewwel
ftit xhur li dawk li jkunu qed jgħarblu l‑vokazzjoni tagħhom jagħmlu qabel
ma jibdew uffiċċjalment bħala seminaristi.
Dawn ix‑xhur insejħulhom b’isem ftit ikkumplikat: is‑Sena Propedewtika, li
tfisser “ta’ qabel it‑tagħlim”. Huwa fil‑fatt l‑ewwel pass konkret fl‑avventura
tal‑formazzjoni.
Din is‑sena tibda f’Jannar, meta r‑Rettur jilqa’ uffiċċjalment lil dawk li jkunu
wrew ix‑xewqa li jwieġbu għas‑sejħa li qed jagħmlilhom il‑Mulej, wara li
jkunu rriflettew fit‑tul,…

Is-Seba’ Ħadd ta’ Matul is-Sena

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi, jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu…


EVANĠELJU
Ħobbu lill-għedewwa tagħkom.
Mt 5:38-48

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi, jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu…

Nimxu flimkien (III)

Qari mill-Atti tal-Appostli
Atti 15: 22 – 35

Imbagħad l-appostli u l-presbiteri, flimkien mal-Knisja kollha, dehrilhom li kellhom jagħżlu lil xi wħud minnhom u jibagħtuhom Antjokja ma’ Pawlu u Barnaba. Dawn kienu Ġuda, jgħidulu Barsaba, u Sila, li kienu minn ta’ quddiem fost l-aħwa, u bagħtu magħhom din l-ittra: “L-appostli u l-presbiteri, ħutkom, lill-aħwa ta’ Antjokja, tas-Sirja u taċ-Ċiliċja, li ġew mill-ġnus; is-sliem għalikom! Aħna smajna li xi wħud min-nies tagħna, mingħajr ebda ordni tagħna, ġew ħawdukom u…

X’inhi l-Missjoni tal-Knisja?

Waħda mill-karatteristiċi tal-knejjes Maltin hi li ġeneralment jinsabu f’nofs il-pjazza tar-raħal. Din mhux b’kumbinazzjoni. Hija fil-pjazza li r-raħal tieħu l-ħajja. Hemm in-nies jiltaqgħu u jitħaddtu, jixtru u jbiegħu, jaħdmu u jistrieħu biex ikunu jistgħu jkomplu l-ħajja tagħhom wara l-ħitan ta’ darhom.

Alla jinqeda bi xbieha simili permezz tal-profeta Żakkarija biex iħabbar lill-poplu tiegħu kif se tkun Ġerusalemm il-Ġdida. Din hija d-destinazzjoni tagħna fejn għad ningħaqdu tal-Ħallieq tagħna fix-xirka tal-qaddisin. Imma hija wkoll fil-Knisja fejn…

Folji minn Album ta’ Tieġ

EVANĠELJU Ġw 2:1-1

F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid”. U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx”. Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kulma jgħidilkom hu”.

Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, imqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa’ xi mitt jew…

Awtorità fil-Qadi

EVANĠELJU Mk 10:35-45 …