Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
Lq 23, 35-43
F’dak iż-żmien, wara li sallbu lil Ġesù, il-poplu waqaf hemm iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!”. Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newlulu nbid qares u qalulu: “Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek”. Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid: “Dan huwa s-sultan tal-Lhud”.
Wieħed mill-ħatjin li…
Li nħobbu u nkunu maħbuba
Ħafna jista’ jingħad rigward il-ħajja tal-bniedem minn filosfi u teologi, imma ħaġa li tibqa’ u hija verità hi li aħna lkoll ġejna maħluqa biex inħobbu u niġu maħbuba. Dan nistgħu nixhdu għalih personalment għaliex żgur f’mument jew ieħor ta’ ħajjitna ħassejna l-bżonn tal-imħabba, sew dik familjari, sew ta’ ħbiberija u fuq kollox dik ta’ Alla l-Imbierek.
F’dan il-proċess tas-Sinodu fuq is-Sinodalità naraw li ħaġa fundamentali u li verament tgħaqqadna…
It-Tielet Ħadd tar-Randan – Sena Ċ
Nidħol fil-preżenza ta’ Alla: Spirtu s-Santu Alla, dawwal is-sensi u kebbes il-qalb tal-iskulari tiegħek. Ammen.
EVANĠELJU Lq 13:1-9
Qari mill-Evanġelju Mqaddes skont San Luqa
F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma…
Solennità ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu
EVANĠELJU Ġw 18:33b-37
Qari mill-Evanġelju Mqaddes skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan tal-Lhud?”. Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok, jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?”. Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f’idejja. X’għamilt?”.
Ġesù wieġeb: “Is-saltna tiegħi mhijiex ta’ din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta’ din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f’idejn il-Lhud; imma tabilħaqq…
Is-Sena Intermedjarja
Is-Sena Intermedjarja hija waħda partikolari għal kull seminarista. Dan għaliex fiha wieħed jara iżjed b’għajnejh il-bżonnijiet tan-nies u x-xewqa kbira li għandhom għal Alla (anki jekk mhux konxji jew jirreżistuH) u għalhekk il-bżonn tal-persuna ta’ Ġesù fil-ħajja tagħhom u kif ser jasal għandhom u jesperjenzawh.
Is-sena barra bdiet bl-esperjenza ġewwa l-bank lokali APS fejn kelli l-irwol ta’ Contact Centre Officer. Kien xogħol li permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni laqqagħni man-nies bil-problemi finanzjarji tagħhom, u anke…
Il-Komunità
Kull sena seminaristika ġġib magħha ħidmiet differenti li s-seminaristi fi ħdan il-komunità tas-Seminarju nagħmlu bħala parti mill-formazzjoni tagħna.
Wieħed mis-servizzi huwa l-grupp ta’ ħidma G.Ħ.K. (Grupp Ħajja Komunitarja) fejn l-għan prinċipali tiegħu huwa li janima l-komunità tas-Seminarju.
Iżda biex wieħed jifhem aħjar il-ħidma ta’ dan il-grupp wieħed tajjeb jara s-sens li l-kelma ‘komunità’ li għandha għalina l-Insara.
Kristu stess meta kien fuq l-art waqqaf komunitajiet kull fejn mar….