Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (Mt 25:31-46)
31“Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. 32U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: 33in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. 34Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja. 35Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u…
Dun Mark Sultana, Direttur Spiritwali
Dun Mark Sultana ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Settembru 2000. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa tal-Imġarr. Studja fl-Università Pontifiċja Gregorjana, f’Ruma, fejn kiseb id-dottorat fil-filosofija. Fl-2005 beda jgħallem il-filosofija fl-Università ta’ Malta u fl-2008 nħatar Direttur tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u Prefett tal-Istudji fis-Seminarju tal-Arċisqof, waqt li ħadem fil-parroċċi tal-Isla, tal-Ibraġ u tas-Swatar. L-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Direttur Spiritwali tas-Seminarju f’Ottubru 2016.
Dun Ronnie Zammit, Viċi-Rettur
Dun Ronnie Zammit ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju, 2009. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u wara ħadem għal tliet snin fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien bħala viċi-Kappillan. Fl-2013 inħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara. L-Arċisqof Charles J. Scicluna innominah Viċi-Rettur tas-Seminarju f’Marzu 2017.
Dun Albert Buhagiar, Rettur
Dun Albert Buhagiar ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju, 1993. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa tal-Gżira bħala viċi-Kappillan. Sentejn wara nħatar viċi-Arċipriet fil-parroċċa taż-Żejtun u fl-1996 inħatar segretarju personali tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fl-istess żmien, huwa wettaq ukoll ħidma pastorali fil-parroċċi ta’ Marsaskala u Ħal Luqa. Fil-2002 inħatar Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi, u fl-2012 inħatar Arċipriet tal-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta. L-Arċisqof Charles J. Scicluna innominah Rettur tas-Seminarju f’Settembru 2016.
Ġej fid-dlam
Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 25, 1-13)
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.
Imbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat: “Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!”. Dawk…
B’qalbek kollha
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (22, 34-40) Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (22, 34-40) Il-post fejn issir taf aħjar lilek innifsek permezz tad-diversi esperjenzi u formazzjoni li jwassluk biex tifhem u tagħraf l-Imħabba li hemm f’din is-sejħa ta’ servizz. Il-post fejn jiena nsir naf aħjar min jien, fejn jgħini nkompli nfittex fuq is-sejħa u li din hija għotja lil Alla u lill-oħrajn. Post ta’ formazzjoni fejn wieħed, filwaqt li jkompli jiddixxerni s-sejħa tiegħu, jiġi ffurmat b’mod ħolisitku biex jingħata f’servizz totali għall-Poplu t’Alla. Fejn is-seminarista jirċievi formazzjoni umana, spiritwali, intelletwali u pastorali, filwaqt li jkompli jimxi lejn l-imitazzjoni ta’ Kristu, ir-Ragħaj il-Kbir.
F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?” Qallu Ġesù: ““Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel…
F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?” Qallu Ġesù: ““Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel…Marvic Mallia, fir-raba’ sena
Rev. Karl Andrew Schembri, fis-seba’ sena
Rev. Malcolm Saliba, fis-seba’ sena
André Psaila, fir-raba’ sena