Hekk jibda l‑innu tal‑iskola: skola kbira fl‑ispirtu u fil‑qalb! Nhar l‑25 ta’ Marzu 1703 daħlu l‑ewwel sitt studenti fis‑Seminarju Minuri ‑ dak iż‑żmien ġewwa l‑Imdina.
L‑għan tiegħu kien illi jipprepara lill‑adolexxenti, speċjalment dawk imsejħin għall‑ħajja saċerdotali, sabiex jidħlu s‑Seminarju Maġġuri. Wieħed jinnota kemm dan kien bidu umli imma fl‑istess ħin sod fejn tidħol il‑viżjoni u l‑missjoni tal‑iskola tagħna.
Fil‑qalba ta’ din l‑istituzzjoni dejjem kien hemm il‑kura sħiħa tal‑persuna ‑ mhux biss…