Waqfa mal-Mulej

Matul is-sena ta’ formazzjoni jkollna ħafna opportunitajiet illi jirrikjedu ħidma kontinwa. Faċli illi nidħlu f’rutina fejn iż-żmien ma jkunx qiegħed jagħtina l-opportunità biex nieqfu u naħsbu fuq dak li nkunu għaddejin minnu. Għalhekk, l-irtiri huma opportunità biex nirriflettu fuq il-ħidma tagħna u fuq kollox, kif il-formazzjoni qiegħda tagħrbilna. Permezz ta’ lajċi impenjati u qassisin b’kariżmi differenti, l-irtiri huma mezz ta’ kif nisimgħu lil Alla jkellimna fil-qalb tagħna ħalli nagħrfu illi Hu s-sors ta’ kull inizjattiva, impenn u…

Il-Mulej qiegħed isejjaħ… se nwieġeb?

X’nista’ nagħmel biex nagħraf is-sejħa tiegħi? Kif nista’ nasal biex nagħraf Alla x’irid minni? Jekk inti qiegħed tistaqsi dawn il-mistoqsijiet, mela nistiednek għall-attivitajiet illi jkollna ta’ kull xahar fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet bis-sehem tagħna s-seminaristi.

Matul din is-sena qegħdin isiru weekends vokazzjonali għal subien minn Year 7 sal-ġuvintur illi għalqu 18–il sena ‘l fuq. L-attivitajiet huma mqassmin b’tema partikolari li jintrabtu mal-esperjenzi personali tal-vokazzjoni u mal-identità tal-qassis djoċesan. Dawn it-temi huma mnebbħin mill-aħħar Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Christus Vivit.

L-attivitajiet mill-Year 7 sal-Year…