Nagħmlu l-ispazju (Mt 28:16-20)

Ir-rakkont tat-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej hu l-aħħar wieħed mid-dehriet ta’ Kristu Rxoxt, it-tmiem tal-perjodu tad-dehriet. Ħaġa li tikkaratterizza dawn id-dehriet huma kemm isiru b’modestja, b’umiltà u b’sempliċità. F’dawn id-dehriet id-dixxipli setgħu jagħrfuh iżda fl-istess ħin jintebħu wkoll li issa l-mod ta’ kif qed jidher fid-dinja hu differenti għaliex issa l-ġisem tiegħu mhuwiex aktar destinat għall-mewt, il-ġisem tiegħu mhux aktar taħt il-ħakma tal-liġijiet tan-natura.

Fil-fatt, il-preżenza ta’ Ġesù fil-Galilija f’din l-aħħar xena – għal Mattew il-Galilija…

Ferħ li jittieħed (Lq 24:13-35)

Fl-Evanġelju ta’ San Luqa naqraw dwar il-qabar vojt, l-istorja t’Għemmaws (l-Evanġelju tal-Ħadd li ġej) u t-tlugħ fis-sema tal-Mulej, li kollha jindikaw li l-fidi tistrieħ fuq il-qawmien tal-Mulej mill-mewt. L-esperjenzi kollha tad-dixxipulat mingħajr il-qawmien mill-imwiet huma kollha stejjer simili għal dik l-istorja li għaddej minnha ż-żewġ dixxipli tal-Evanġelju ta’ nhar il-Ħadd li ġej: storja kkaratterizzata minn dwejjaq u nuqqas ta’ tama.

Il-qawmien mill-imwiet tal-Mulej, għalhekk, hi ċ-ċavetta ta’ dak li ġara u li għad jiġri….

Lura għan-‘normalità’ (Ġw 11:3-45)

Bla dubju ta’ xejn, anke qabel nidħlu għall-Evanġelju, il-liturġija ta’ dan il-Ħadd narawha relevanti ħafna għal dak li bħalissa għaddejja minnu d-dinja.

Fl-ewwel qari mill-ktieb tal-profeta Eżekjel, il-passaġġ jikkonkludi bl-interpretazzjoni ta’ viżjoni ta’ wied bl-għadam niexef li bil-mod il-mod jingħataw il-ħajja. Eżekjel qed jikteb dan kollu b’referenza għall-qagħda ta’ Iżrael li kien qiegħed fl-Eżilju tal-Babilonja. Il-ħajja mogħtija lil dawk l-għadam tissimbolizza r-ristorazzjoni ta’ Iżrael lejn artu wara li jispiċċa l-Eżilju. F’dan il-mument, id-dinja nistħajluha bħala dan l-għadam bħala poplu fl-eżilju li jixtieq…

Kif inkunu perfetti? (Mt 5:38-48)

Evanġelju bħal ta’ nhar il-Ħadd bħal donnu mill-bidu nippreferu li ma nisimgħuhx! Minħabba li hu dirett ħafna u għax jagħmilna skomdi, forsi ma neħduhx bis-serjetà. Bħal donnu nippreferu li f’mumenti iebsa ma jkunx hemm għażla, għax aktar faċli nagħżlu l-faċli. Donnu nippreferu li ma nkunux nafu li hemm alternattiva.

U l-alternattiva ta’ Ġesù hi kreattiva. Kif nistgħu, kif naqraw aktar tard (Mt 10:16), inkunu għaqlin bħas-sriep imma safja bħall-ħamiem? Ġesù jirradikalizza t-Testment il-Qadim, u jkun prattiku billi jħeġġiġna biex mhux…

Renju ta’ taħt fuq (Lq 23:35-43)

F’dan l-Evanġelju naqraw tliet provi differenti minn persuni differenti li jisfidaw lil Ġesù dwar il-fatt li hu l-midluk t’Alla: is-suldati; Pilatu, li nafu li kiteb it-tabella; u l-ħalliel. F’dawn il-provi għandna eku tat-tentazzjoni fid-deżert, imma għax Ġesù hu l-midluk t’Alla, Ġesù jaċċetta r-rieda tal-Missier.

Kontra strumenti oħra ta’ tortura, is-salib iqanqal emozzjonijiet li mhumiex ta’ stmerrija. Imma anke quddiem is-salib aħna mistiedna nidħlu fil-ħsieb Lhudi. Fil-ktieb tad-Dewteronomju, kapitlu 21, naqraw li l-imsallab, mhux talli mhuwiex il-midluk t’Alla imma u saħansitra…

Insibu postna (Lq 18:9-14)

L-ewwel vers hu importanti għax jgħidilna għal min hi indirizzata din is-silta: għal dawk li jmaqdru lill-oħrajn, għal dawk li jħarsu lejn dak li jagħmlu u jinsew li kollox hu don. Hemm problemi kemm fir-relazzjoni m’Alla kif ukoll ir-relazzjoni mal-oħrajn. Hemm xi ħaġa li mhijiex f’postha fit-tnejn.

Il-fariżew jitlob bil-wieqfa u għalkemm maqtugħ, mhux maqtugħ biżżejjed biex ma jinstemax. Il-pubblikan, min-naħa l-oħra, jitlob f’qalbu. Id-differenza mhux li wieħed tajjeb waqt li l-ieħor mhuwiex; it-tnejn huma ħżiena. Id-differenza hi li wieħed…