Fl-Evanġelju tar-Raba’ Ħadd tar-Randan, is-simboli tad-dawl u tal-ilma li kienu prominenti fil-festa tat-Tabernakli jingħaqdu flimkien f’Ġesù: Ġesù hu dak li jagħti l-Ilma Ħaj (7,35-39) u hu d-Dawl tad-dinja (8,12). Hu propju għalhekk li hawnhekk l-ostilità tisbroffa, minħabba t-trasferiment ta’ dawn iż-żewġ simboli għall-persuna ta’ Ġesù. Dan il-miraklu jew, aħjar, s-sinjal hu frott l-inizjattiva ta’ Ġesù li ‘lemaħ’ ir-raġel għama minn twelidu.
Il-mistoqsija ewlenija hi: min hu ħati tad-dnub? Ġesù, li hu d-dawl tad-dinja, jagħti…