Wara li konna diġa lestejna l-kors tagħna ġewwa l-universita` u kellna wkoll ix-xogħol tagħna, il-Mulej sejħilna biex nimxu warajĦ għal din il-mixja ta’ formazzjoni ġewwa s-Seminarju. Din il-mixja talbet minna li nieqfu mix-xogħol li kellna u nerġgħu nibdew kors ieħor ġewwa l-universta`.
Il-kors li għandna kif bdejna huwa totalment differenti minn dak li konna għamilna qabel. Aħna konna segwejna korsijiet b’temi xjentifiċi, filwaqt li issa qed nsegwu kors fil-Filosofija u t-Teologija. Id-differenza fil-korsijiet tinħass għax dan huwa kors li sakemm…