Dun Jimmy Bonnici huwa mill‑Mosta u ġie ordnat saċerdot fl‑1998. Wara li fl‑2004 temm id‑dottorat fit‑Teoloġija Spiritwali fl‑Università Gregorjana f’Ruma, serva bħala direttur spiritwali fl‑iskola San Andrea, bħala rettur tas‑Seminarju tal-Arċisqof bejn l‑2007 u l‑2016, u bħala direttur tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Dun Jimmy Bonnici huwa lettur fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna nnominah Rettur tas‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Ġunju 2021.
Dun Carlo Calleja
Dun Carlo Calleja huwa minn Tas‑Sliema u ġie ordnat saċerdot fl‑2015. Sena wara ggradwa mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta, u serva bħala saċerdot fil‑parroċċa ta’ San Pietru fil‑Ktajjen, Birżebbuġa. Fl‑2020 kiseb id‑dottorat fit‑Teoloġija Morali mill‑Kulleġġ ta’ Boston fl‑Amerka. Dun Carlo Calleja huwa lettur fil‑Fakultà tat‑Teoloġija u jagħti servizz pastorali fil‑parroċċa ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema. L-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Viċi-Rettur tas-Seminarju f’Ġunju 2021.
Dun Mark Sultana
Dun Bastjan Caruana
Dun Bastjan Caruana ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju, 1997. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħala Viċi-Kappillan. Fl-1999 mar għal xogħol missjunarju f’Korçë, l-Albanija. Lura Malta, f’Jannar tal-2002 inħatar Viċi-Kappillan fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar u f’Diċembru nħatar Kappillan tal-imsemmija parroċċa. Fl-2015 inħatar Direttur Spiritwali residenti fis-Seminarju tal-Arċisqof, u fl-2016 l-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta, waqt li baqa’ jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju.
Dun Josef Mifsud
Dun Josef Mifsud ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju, 2007. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar bħala Viċi-Kappillan. Fl-2010 nħatar Kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, f’Birkirkara. Fl-2018 beda jservi ta’ Direttur Spiritwali (mhux residenti) fis-Seminarju, u fl-2019 l-Arċisqof Charles J. Scicluna nnominah Arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi.