Ġieli staqsejt lilek innifsek jekk Alla jixtieqx xi ħaġa speċjali mingħandek? Ġieli ħassejt xewqa ġewwa fik li bħal donnu tixtieq li ħajtek toffriha għas-servizz tal-oħrajn? Ġieli staqsejt: “X’għandi nagħmel?”
Jekk iva, qegħdin nistednuk b’mod speċjali sabiex tiġi għal dan il-live-in li ser isir bejn it-18 u d-19 ta’ Marzu. Nistednuk sabiex tiġi tara, tistaqsi, tisma’, u fuq kollox, tagħmel din l-esperjenza ta’ jumejn magħna s-seminaristi. Min jaf, forsi ssib risposta għal dak li qiegħed tistaqsi dwaru u għal dak li qiegħed tfittex. Jekk ma tippruvax, ma tista’ qatt tkun taf xi stajt ħadt lura miegħek!
Jekk int interessat jew tixtieq tkun taf aktar dwar dan il-live-in, ibagħtilna messaġġ fil-formola ta’ hawn taħt. Qegħdin nistennewk! Dan il-live-in jista’ jibdillek ħajtek u jurik toroq ġodda. Ħu ċans u ejja kompli fittex ir-risposti għad-domandi li għandek.