Taħdita: “Hekk Tħabbat il-Qalb Maltija”

Il-Kumitat tal-Librerija tas-Seminarju u tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi flimkien mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università qed jorganizzaw taħdita mill-Professur Oliver Friggieri.

“Hekk Tħabbat il-Qalb Maltija” hi l-ewwel minn sensiela ta’ taħdidiet li ser jkunu organizzati bil-għan li ssir riflessjoni kritika dwar temi marbuta mal-kuntest Malti u l-fidi nisranija.

Din ser issir nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2015 fis-6.30pm fil-Librerija tas-Seminarju, 90, Triq tal-Virtu’, ir-Rabat, RBT2604.

Kulhadd hu mistieden. Dħul b’xejn.

Wara t-taħdita, l-pubbliku se jkun mistieden għal ikel u xorb ħafif f’riċeviment żgħir.

Aktar dettalji, jinkisbu fuq dan l-indirizz email: [email protected] jew tel. 21455497 ext. 5108

 

 

Hekk Thabbat il-Qalb Maltija