Vox Pop: Il-Qassis Min Hu?

Jekk ikollna nagħmlu vox pop ta’ malajr fit-toroq jew il-pjazez Maltin dwar il-mistoqsija: “il-qassis min hu?” jista’ jkun hemm min isemmi xi karattru li jidher fid-drama Maltija… karattru kemmxejn komiku jdur bir-rota, jiekol minn familja għal oħra. Jew inkella xi karattru ta’ saċerdot kemmxejn żagħżugħ li jqanqal kurżità fost in-nies, lest li jifhem u jagħti parrir. Jew inkella qassis anzjan ta’ fama qaddisa. Jista jkun hemm min jgħidlek, “il-qassis mhux dak li jkun l-knisja u jagħmel l-quddiesa?” Jista’ jkun…

It-Tielet Ħadd tal-Għid

Filwaqt li ma emmnux, kienu qegħdin jitkellmu fuq il-Mulej !

L-evanġelista Luqa jirrappreżenta qabża kbira – mid-dwejjaq li ħassew meta sabu qabar vojt għall-ferħ li tqanqal fihom fil-laqgħa li kellhom mal-Mulej. F’dan ir-rakkont li jinsab biss fl-evangelju ta’ Luqa insibu żewġ dixxipli, li jirrapreżentaw il-komunita’ kollha. F’din il-mixja Kleofa u  dixxiplu ieħor jiltaqgħu ma’ Ġesù, imma ma jagħrfuhx.

It-testment il-qadim ilaqqagħna ma’ numru ta’ każijiet fejn il-poplu magħżul jiltaqa’ ma’ Alla. Eżempju ta’ dan hi…

Ħadd il-Palm

Jiena Daqsxejn ta’ Ħmara

Naħseb uħud minna ġieli semgħu l-għanja “Jiena Daqsxejn ta’ Ħmara” li jkantaw it-tfal mhux f’dan iż-żmien imma fiż-żmien ferrieħi tal-Milied. Tgħiduli x’għandu x’jaqsam il-ħmar li narmaw fil-presepju fil-Milied mal-Ġimgħa Mqaddsa li għadna kif bdejna llum?

Il-ħmara torbot it-twelid u l-mewt ta’ Ġesù, il-Milied u l-Għid. Narawha ssaħħan it-tarbija Ġesù fil-maxtura u llum narawha dieħla b’Ġesù fuqha Ġerusalemm. Leġġenda ħelwa tgħidilna wkoll li din il-ħmara tant ħabbet lil Sidha li marret warajh sal-Kalvarju. Id-dell tas-salib waqa’ fuq daharha…

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Mill-Mewt għall-Ħajja

Matul dawn l-aħħar Ħdud tar-Randan, l-enfasi fl-Evanġelji kienet fuq is-sagrament tal-Magħmudija – dak is-sagrament li jwellidna mill-ġdid u jagħmilna wlied Alla. Għalkemm ma jissemiex direttament fl-Evanġelju, is-simboli li juża San Ġwann jippuntaw lejn dan is-sagrament li rċevejna meta konna żgħar u li għandna ngħixuh tul ħajjitna kollha.

Wieħed jista’ jinnota li l-qari tal-lum huwa marbut ħafna mal-mewt. Filfatt, fl-ewwel qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel, nisimgħu kif l-oqbra tagħna jerġgħu jinfetħu u aħna nerġgħu nimtlew bil-ħajja. L-istess tema insibuha wkoll fit-tieni qari mill-Ittra…

Albania – Communism, Church, and Community

I spent five months living with Bishop George Frendo OP in Tirana Albania last year. Travelling to Albania felt like entering a time machine to the beginning of the church, not because the country was never evangelized but because of the atheistic dictatorship of Enver Hoxha, a few decades ago.

In the 1976 constitution, Hoxha stated that “The state recognizes no religion whatever and supports atheist propaganda for the purpose of inculcating the scientific materialist world outlook in people” convincing…

It-Tielet Ħadd tar-Randan

Għandi l-għatx!

Iż-żewġ kelmiet qawwija li Ġesù jlissen fuq is-salib “Għandi l-għatx”, illum nisimgħuhom jidwu f’din is-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann. Illum, nerġgħu naraw lil Ġesù jinħakem mill-għatx. Dan l-għatx ta’ Kristu jwassal biex il-mara Samaritana, il-protagonista ta’ din is-silta, tinduna hi wkoll li kienet bil-għatx. X’inhu l-għatx ta’ Ġesù? U x’kien il-veru għatx li kellha l-mara Samaritana?

Jolqotni ħafna, f’din is-silta, il-mod kif Ġesù jiltaqa’ ma din il-mara Samaritana b’mod li jista’ jidher aċċidentali….

L-Ewwel Ħadd tar-Randan

Il-qari tal-lum huwa mimli kuntrasti; il-bniedem jinsab fil-Ġnien tal-Għeden fl-ewwel qari, filwaqt li Ġesu jinsab fid-deżert; Adam u Eva jieklu filwaqt li Ġesu jieħdu l-ġuħ; Adam u Eva jaqgħu għat-tentazzjoni filwaqt li Ġesu ma jaqax. Forsi dan il-kuntrast mhuwiex bi żball. Kittieb Nisrani tal-ewwel sekli jikkummenta fuq dan l-Evanġelju li “ġaladarba Adam, fil-lussu tal-Ġnien, tqarraq u waqa’, kien hemm bżonn li l-Ispirtu jieħu lil Kristu fid-deżert biex jegħleb lix-xitan b’qawwa akbar, għalhekk sam għal erbgħin lejl u…

Il-Kobor fis-Sempliċità

Id-dinja u s-soċjetà li ngħixu fiha spiss timliena bi ħsibijiet ta’ affarijiet li kultant tara li huma bil-wisq ikbar minnek. Bil-kontra ta’ dan u tal-loġika umana, Ġesù bħala parti mill-Bxara t-Tajba qalilna “Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu.” (Mt. 6: 25a) u “min minnkom, bl-inkwiet tiegħu kollu se jseħħlu jtawwal għomru mqar b’jum wieħed?” (Lq. 12: 25). Iżda meta tirraġuna tgħid, iċ-ċirkustanzi reliġjużi, soċjali, finanzjarji u ekonomiċi ta’ elfejn sena…

Il-Kaċċatur, il-Kelb tal-Kaċċa u Qassisin oħra

Meta kont iżgħar missieri kien jieħu pjaċir jeħodni miegħu għall-kaċċa. Niftakarni nqumu kmieni fis-satra tal-lejl għal xi l-erbgħa ta’ filgħodu, nilbsu lbies sħun tax-xitwa malajr malajr, ngħabbu l-kelba tal-kaċċa fil-vann flimkien mal-iskrataċ, is-senter u xi ħaġa tajba li tkun ippreparatilna ommi, u nerħulha fid-dlam lejn il-Baħrija. Wara mixja iebsa għat-telgħa qalb ir-raba’ konna nintasbu fid-dura, jien, missieri u l-kelba Linda (magħha llum żdiedu bintha Ġanna u Tina li hi bint Ġanna).
.
Fid-dura trid ħafna paċenzja. Tissemma’ sewwa xi…

Is-Seba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

B’għajnejn fuq it-triq u fuq dik il-bozza

Immaġina li waqt vjaġġ twil tant issuq b’attenzjoni biex ma tiksirx il-liġijiet tat-triq (ħaġa importanti ħafna) li ma tindunax li l-karozza qed jispiċċalha l-fuel. Biex żgur tkun moħħok hemm u ma titlaqx għajnejk minn fuq it-triq ma tħarisx lejn dik id-daqsxejn ta’ bozza tteptep bla għeda, sakemm fl-aħħar tieqaf u ma tista’ tmur imkien aktar.

Wieħed jista’ jpoġġi dawn it-tnejn f’kuntrast. X’inhu l-aktar importanti: li tosserva…