“Min iżomm il-kmandamenti tiegħi”

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom. Ma nħallikomx iltiema….

Evanġelju

Ġesù jwiegħed l-Ispirtu s-Santu

Ġw 14:15-21

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom. Ma nħallikomx iltiema….

Is-Smigħ tal-Kelma u d-Djalogu huma parti mill-ħajja tal-Knisja

Il-Poplu ta’ Alla għandu sehem importanti fil-ħajja tal-lum għax kull bniedem, skont il-kariżma tiegħu, għandu x’joffri fil-Knisja. Din hija Knisja ‘ħajja’ fejn kulħadd huwa msejjaħ ikun dixxipli ta’ Kristu biex jimxi warajH skont is-sejħa tiegħu. Il-pedament ta’ kull Nisrani għandu jkun Kristu li jġeddidna ta’ kuljum biex permezz tal-Ispirtu s-Santu jkollna t-tama li nġibu ‘l quddiem l-għaqda.

Dan it-tiġdid iseħħ biss permezz tas-smigħ tal-Kelma li biha nagħrfu kif għandna nkunu xhieda awtentiċi, jiġifieri,…

Il-manifestazzjoni tal-glorja ta’ Alla

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Ġw 13, 31-33a.34-35

Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom. Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin. Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri,…

Il-mixja tad-dixxiplu

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Ġw 10:27-30
F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda”.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek, Kristu.

Għar-Raba’ Ħadd tal-Għid, il-Knisja…

It-tfittxija tal-armonija

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Ġw 20:19-31
Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu…

Nieqaf u nħalli lil Alla jaħdem f’ħajti

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
Lq 9:28b-36
F’ dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.
U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. Pietru u sħabu kienu…

Noffri ħajti bħala rigal

EVANĠELJU Mt 2:1-12
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”. Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija. U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta: “U…

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

EVANĠELJU Lq 21:25-28, 34-36

Qari mill-Evanġelju Mqaddes skont San Luqa

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ikun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb. Il-ġnus fuq l-art, b’qalbhom ittaqtaq, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ; in-nies ruħhom ħierġa bil-biża’ billi jobsru xi jkun ġej fuq id-dinja, għax il-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu.

Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fi sħaba, b’qawwa u glorja kbira. Meta jibda jseħħ dan kollu, qawwu qalbkom u erfgħu…

“Mgħallem, agħmel li nara”

EVANĠELJU Mk 10:46-52
Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”.

Kien hemm ħafna li bdew jgħajtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat:…

Bidu ta’ sena ġdida

Għeżież qarrejja u ħbieb tas-Seminarju,

Nittamaw li tinsabu lkoll tajbin.

Din is-sena seminaristika tat il-bidu tagħha nhar il-21 ta’ Settembru 2021. Il-komunità tas-Seminarju huwa l-post fejn kull wieħed minna jiġi ffurmat biex filwaqt li jkompli jagħraf is-sejħa tiegħu, jagħraf aħjar min hu u kif jista’ jkun ta’ ġid kemm għall-komunità kif ukoll ‘il quddiem fil-Knisja fis-servizz tiegħu bħala saċerdot. Għalhekk, nirringrazzjaw lill-Mulej tal-mod kif jaħdem fina u permezz tagħna.