Kif ħafna jafu, il-Knisja tikkonsisti minn ħafna friegħi. Ma għandhiex aspett wieħed biss. Għaldaqstant, kif se niddefinixxu x’inhi l-Knisja? Jew aħjar, min hi l-Knisja? Meta wieħed jinżel fil-fond tad-definizzjoni ta’ Knisja, faċli jiltaqa’ ma’ diversi paradossi.
Dan għaliex tista’ tidentifika l-Knisja bħal istituzzjoni ġerarkika, iżda fl-istess waqt il-Knisja tinsab qalb il-popli. Knisja qalb in-nies, magħmula min-nies. Knisja li tagħraf il-bżonnijiet ta’ kulħadd, u li tagħti spazju għal kwlaunkwe persuna. Il-Knisja mhux biss tħares id-dinjità…