Qari mill-Evanġelju skont San Mark (1:1-8)
Il-bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla. Bħalma hu miktub fil-ktieb ta’ Isaija l-profeta: “Ara, jien nibgħat qablek il-ħabbar tiegħi biex iħejji triqtek. Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu”.
Hekk Ġwanni deher jgħammed fid-deżert u jxandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet. U kienet tmur għandu l-Lhudija kollha u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm, jitgħammdu minnu fix-xmara Ġordan waqt li jistqarru dnubiethom.
Ġwanni kien jilbes libsa tax-xagħar…
Nipproteġu lil xulxin
Il-ħarsien u l-protezzjoni tal-minuri u l-vulnerabbli hija responsabbiltà ta’ kulħadd. Allura, huwa meħtieġ li aħna bħala seminaristi, djakni u ’l quddiem saċerdoti nkunu ffurmati tajjeb f’dan il-qasam ukoll. Fil-bidu ta’ din is-sena seminaristika, bejn il-5 u d-9 t’Ottubru ġie organizzat seminar mis-Safeguarding Commission tal-Arċidjoċesi tagħna b’dan il-għan. F’dawn il-ħamest ijiem ġew diskussi diversi temi importanti fosthom bħal kif wieħed jippreveni milli jseħħ abbuż, kif wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, fejn wieħed għandu jagħraf li jżomm il-boundaries u…
Bħal mera (Ġw 14:15-21)
Fl-Evanġelju ta’ nhar il-Ħadd inkomplu naqraw minn Ġwanni hu u jislet l-aħħar kliem ta’ Ġesù. Ġesù, f’din il-biċċa ta’ dan id-diskors, iwiegħed li se jibgħatilna avukat; din il-wegħda hi wegħda ta’ ferħ, bl-antiċipazzjoni ta’ miġja ġdida ta’ Kristu, li tidher l-għaqda tiegħu mal-Missier – u magħna.
Ġesù jgħid li l-imħabba vera hi l-ħarsien tal-Kmandamenti, inkella nkunu qegħdin nidħku bina nfusna: ma nistgħux nippretendu li nħobbu lil xulxin jekk lanqas, tal-anqas, nirrispettaw lil dawk li…
Opportunità ta’ darba!
Meta ġieli tkellimt ma’ ta’ qabli dwar is-sena intermedjarja kienu jgħiduli: “Għożżha din is-sena għax hi opportunità li tiġik darba biss!” U hekk hu! L-iskop ta’ din is-sena hi li tgħin lis-Seminarista jirrifletti aħjar fuq il-vokazzjoni u biex ikompli jikber fl-aspetti tal-formazzjoni.
Is-Sena bdejtha b’sitt xhur xogħol bħala kaxxier. Kienet opportunità sabiħa li wasslitni li nitlaqa’ ma’ ħafna nies. It-Tieni parti kienet esperjenza pastorali ta’ 4 xhur ġewwa l-Parroċċa tas-Santissimu Sagrament f’Ruma. Wara dawn ix-xhur għamilt esperjenza ġewwa l-Isptar Monte…
“Hawn Jien”
L-istqarrija “Hawn Jien” insibuha f’diversi mumenti fl-Iskrittura Mqaddsa bħala tweġiba fejn il-Mulej ikun sejjaħ lill-persuna b’isimha. Biex wieħed jistqarr dan il-kliem jirrekjedi ħsieb u dixxerniment li ħafna drabi jqajjem mistoqsijiet kbar ukoll. Meta ħafna affarijiet madwarna ma jagħmlux sens, forsi l-għażla hi tweġiba ta’ gratitudni: li wieħed jew jirrabja u jippretendi, jew li jaċċetta li dak kollu li għandu u li jgħaddi minnu, tajjeb u ħażin, ingħata lilu, għax “add ma jista’ jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema”…
Għid il-Ħamsin
Veni Sancte Spiritus!
Illum qed niċċelebraw waħda mill-akbar festi tal-Knisja, qed niċċelebraw l-jum li jfakkar it-twelid tal-Knisja. Kollox beda f’dan il-Jum, bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu. Fl-aħħar ikla, Ġesù jagħmel wegħda lid-dixxipli tiegħu li wara t-tluq tiegħu minn din id-dinja kien ser jibgħatilhom id-don tal-Missier, jiġifieri l-Ispirtu s-Santu. Din il-wegħda ta’ Ġesù ġiet fis-seħħ nhar Għid il-Ħamsin, mingħajr ħadd ma kien qed jistenna li se jseħħ dak li seħħ, ibda mid-dixxipli tiegħu. Il-Papa Franġisku f’Omelija nhar Għid il-Ħamsin jgħid: “Kristu msebbaħ fuq…
Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Xejn la tibża’ – Mt 1:18-24
Fl-Evanġelju ta’ San Luqa, ir-rakkonti tal-infanzja ta’ Ġesù huma ċentrati mal-figura ta’ Marija. Ir-rakkonti tal-infanzja fis-silta ta’ San Mattew li naqraw fir-raba’ Ħadd tal-Avvent huma ċentrati madwar il-figura ta’ Ġużeppi, l-għarus ta’ Marija li jaċċetta lil Ġesù bħala l-iben tiegħu. Ġużeppi ġej min-nisel ta’ David, u huwa permezz tiegħu li Ġesù jappartjeni għal dan in-nisel. Għalhekk huwa f’Ġesù li jintlaħaq il-qofol tal-wegħdiet li Alla jagħmel lil David u n-nisel tiegħu. Ninsabu hawn f’kuntest taż-żwieġ…